Tsipras u Syriza jidhru li se jerġgħu jingħataw il-fiduċja tal-poplu Grieg

  • Set 20, 2015 19:42
  • Miktub minn
"

    Alexis Tsipras u l-partit xellugi Syriza jidher li se jerġgħu jingħataw il-fiduċja tal-poplu għat-tieni darba hekk kif l-ewwel indikazzjonijiet f’elezzjoni Griega juru li dan il-partit kiseb l-aktar ammont ta’ voti. Syriza rebħu bejn 30% u 34% tal-voti kollha waqt li l-partit Demokrazija Ġdida ta’ Vangelis Meimarakis kiseb bejn 28.5% u 32.5%. Fit-tielet post f’dawn l-elezzjonijet ġie l-partit Golden Dawn, partit lemini estrem bis-simbolu tas-swastika fil-bandiera.

    Jekk dan ikun ikkonfermat ikun ifisser li Syriza ma jkollhomx maġġoranza assoluta hekk kif huwa stmat li kien jeħtieġ 38% biex ikollu maġġoranza assoluta.
    Skont diversi sondaġġi qabel l-elezzjoni kien jidher li din se tkun waħda kumbattuta ferm bejn il-partit xellugi Syriza u dak konservattiv Demokrazija Ġdida.
    Din l-elezzjoni msejħa aktar kmieni milli suppost (snap election), kienet il-ħames waħda f’dawn l-aħħar sitt snin. Din kienet meħtieġa wara li l-partit fit-tmexxija, Syriza, tilef il-maġ­ġoranza parlamentari f’Aw­wissu li għadda.
    Il-popolarità tal-mexxej ta’ Syriza Alexis Tsipras naqset drastikament wara li huwa qabel mal-proposti tal-bailout ippreżentati mill-kapijiet Ewropej. Il-ftehim ta’ bailout kien jinvolvi miżu­ri ta’ awsterità li Syriza kienet qalet li ma taqbilx magħhom.
    Il-Greċja hija mgħarrqa fi kriżi finanzjarja kbira l-partit rebbieħ żgur li se jkollu biċċa xogħol diffiċli ferm biex jara kif se jsolvi l-kriżi li hemm. Il-partit rebbieħ se jkun jeħtieġlu li jimponi riformi ekonomiċi li jistgħu jkomplu jweġġgħu liċ-ċit­tadini.
    Analisti politiċi meta qasmu l-opinjoni tagħhom ma’ midja internazzjonali kienu bassru li l-partit rebbieħ mhux se jikseb biżżejjed siġġijiet biex ikun jista’ jifforma gvern waħdu. Dan jista’ jirriżulta f’perjodu ta’ instabbiltà politika fi ż-żmien meta jeħtieġ li jiġu implimentati riformi finanzjarji importanti ħafna għall-pajjiż.
    Għall-kuntrarju tal-aħħar elezzjoni – li kienet saret f’Jannar – l-eċċitament dwar din l-aħħar votazzjoni tista’ tgħid li huwa ineżistenti. Dan deher ċar anke mill-kampanji elettorali li saru hekk kif dawn tista’ tgħid li kienu foqra u r-rispons min-naħa tal-elettorat kien daqs­tant ieħor fqir.
    Id-deċiżjoni ta’ Tsipras li jabbanduna l-pożizzjoni tiegħu ta’ “antiawsterità” li tellgħatu fil-Gvern u minflok jaqbel mal-proposti tal-bailout tal-Unjoni Ewropea tista’ tgħid li kissret lill-partit Syriza tant li 25 membru ta’ dan il-partit ifformaw partit għal rashom.
    Min-naħa tiegħu Tsipras, qabel ma tefa’ l-vot tiegħu qal li l-Griegi se jeleġġu “gvern ġelliedi” li se jimplimenta l-miżuri li hemm bżonn u jkisser ir-reġim l-antik.
    F’intervisti li saru ma’ Tsipras wara l-iffirmar tal-ftehim mal-Ewropea huwa kien qal li fid-deċiżjoni finali tiegħu huwa poġġa lil pajjiżu qabel il-partit.
    Min-naħa l-oħra Vangelis Meimarakis, qal li l-amministrazzjoni ta’ Tsipras kienet esperiment li sewa qares lill-pajjiż. Meimarakis tenna li huwa jibża’ li jekk Syriza jerġgħu jiġu eletti ma jdumx wisq ma jerġa’ jkun hemm elezzjoni oħra fil-Greċja u din id-darba tħalli konsegwenzi devastanti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0