Il-kumpanija Masquerade ittella' l-produzzjoni 'A Handbag'

  • Set 21, 2015 14:44
  • Miktub minn

    Il-kumpanija teatrali Masquerade se ttella' l-produzzjoni "A Handbag", miktuba minn Anthony Horowitz - rebbieħ ta’ ħafna unuri bħala kittieb u drammaturgu. Din hija produzzjoni profonda li tmiss il-kuxjenza morali tal-udjenza.

    L-istorja hija dwar grupp ta' żgħażagħ li kunu qed jagħmlu l-provi għad-dramm ta’ Oscar Wilde “The Importance Of Being Earnest”. Malajr isir evidenti li l-biċċa xogħol hija diffiċli daqs ta' xabbutur bla esperjenza jipprova jitla' mal-Muntanja Everest.

    Kif l-isfidi jitfaċċaw fi dramm ieħor ta’ Wilde "Comedy of Manners”, ikomplu jikbru l-isfidi fil-konfront tal-karattri fid-dramm ta' Horowitz. It-tensjoni u l-ġlied jiżdiedu meta ż-żgħażagħ jaslu f’punt fejn is-sitt karattri, għalkemm kompletament differenti minn xulxin iżda fl-istess ħin jixxiebhu ħafna, ma jifilħux jissaportu aktar.

    Id-djalogu huwa veritier, b’umoriżmu skur u li jaqta' daqs mus.

    Il-kumpanija Masquerade ikkommissjonat lil Andy Smith, li ilu ħmistax-il sena jikkollabora magħha, biex jidderieġi din il-produzzjoni. F'dawn l-aħħar 35 sena, Andy idderieġa madwar id-dinja aktar minn 50 produzzjoni.

    F'"A Handbag" jieħdu sehem Joe Azzopardi, Christian B.Gauci, Anton Saliba, Naomi Said, Steffi Thake u Joseph Zammit.

    "A Handbag" ser titella' fit-teatru Blue Box, M Space, l-Imsida nhar il-Ġimgħa 2, is-Sibt 3 u l-Ħadd 4 ta’ Ottubru. Il-biljetti jinkisbu minn: www.bluebox.com.mt jew 7979 3737/2124 6619.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0