Il-kumpanija Masquerade tiftaħ l-istaġun b'One Flew Over the Cuckoo's Nest

  • Ott 07, 2015 11:17
  • Miktub minn 1

    Din is-sena l-kumpanija teatrali Masquerade se tiftaħ l-istaġun fit-Teatru Manoel b’One Flew Over the Cuckoo’s Nest.

    Randle P. McMurphy, kriminal affaxxinanti, jiġi ttrasferit għall-evalwazzjoni f’istituzzjoni mentali. Għalkemm ma juri l-ebda sinjali ta’ mard mentali, joħloq pjan biex ikun jista' jibqa hemm minflok ma jmur jiskonta s-sentenza tiegħu fil-habs.

    Is-sala li jinsab fiha McMurphy tkun imexxija b’id tal-ħadid minn Nurse Mildred Ratched, li tuża metodi umiljanti u trattamenti mediċi spjaċevoli fuq il-pazjenti.

    Mal-wasla tiegħu fl-Isptar, McMurphy jinduna li l-pazjenti huma tant beżgħana minn Ratched li ma jikkonċentrawx fuq kif jistgħu jtejbu l-kundizzjoni tagħhom biex joħorġu minn hemm. Huwa determinat biex jurihom li huma kapaċi jaffrontaw id-dinja ta’ barra.

    One Flew Over the Cuckoo’s Nest kien rebaħ it-Tony Award u n-New York Times iddeskrivietu bħala “wieħed mill-ifjen drammi brillanti, qawwija u li jmissu l-qlub li nkitbu f’dawn l-aħħar snin”.

    “Din l-istorja kisbet suċċess bħala rumanz, produzzjoni teatrali kif ukoll rebbieħa tal-Oscar. Misset il-qlub u l-imħuħ ta’ udjenzi u qarrejja għal aktar minn 50 sena,” qal id-direttur Ingliż Stephen Oliver. “Dan id-dramm huwa kummentarju qawwi fuq il-proċess istituzzjonali u l-fraġilità u l-qawwa ta' moħħ il-bniedem.”

    Stephen Oliver (Festen, Butterflies are Free), għaqqad kast tajjeb b’Alan Paris bħala McMurphy u Alexandra Camilleri Warne bħala Nurse Ratched. Jieħdu sehem ukoll Victor DeBono, Joe Depasquale, Andre Agius, Michael Mangion, Renato Dimech, Dominic Said, Colin Willis, Rebecca Camilleri, Rambert Attard, Gianni Selvaggi, Christina Frendo, Nathan Alakkad, Emma Micallef, Franco Sciberras u Albert Scalpello. Id-disinn tas-sett ġie fdat f’idejn Aldo Moretti.

    One Flew Over the Cuckoo’s Nest se jittella' fit-Teatru Manoel mis-16 sat-18 ta’ Ottubru u mit-23 sal-25 ta’ Ottubru fit-8pm. Il-booking huwa miftuħ fuq www.teatrumanoel.com.mt

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0