Hillary Clinton attakkat politikament lir-rival tagħha Bernie Sanders

  • Ott 14, 2015 19:09
  • Miktub minn 1
"

    Hillary Clinton attakkat politikament lir-rival tagħha Bernie Sanders fir-rigward ta’ liġijiet tal-armi fl-Istati Uniti waqt id-Dibattitu Presidenzjali Demokratiku.

    Meta s-Senatur ta’ Vermont Bernie Sanders ġie mistoqsi jekk hux favur fir-rigward ta’ kontrolli tal-armi, Hillary Clinton qabżet u saħqet “lanqas xejn”, qabel ma wegħdet li se tikkonfronta min għamel l-armi involuti fl-isparaturi.

    Sanders ukoll attakka lil Clinton, hekk kif stqarr li l- appoġġ tagħha għal żona li ma ssirx titjir fiha fis-Sirja se tkun qed twassal għal “problemi serjissimi”. Permezz tar- rallies ta’ Sanders u l-folol kbar preżenti qed ikun rival denju ta’ Clinton f’diversi stati prinċipali. Clinton u Sanders iddominaw id-dibattitu. It-tliet kandidati l-oħrajn fuq l-istejġ f’Las Vegas kienu l-eks-Gvernatur ta’ Maryland Martin O’Malley, l-eks-Senatur ta’ Virginia Jim Webb u l-eks-Senatur ta’ Rhode Island Lincoln Chafee.

    Sanders saħaq ukoll li l-pajjiż iddejjaq jisma’ rigward il- konroversja tal-imejls ta’ Clinton. L-eks-First Lady saħqet li se tkun qiegħda tiffaċċja lill-President Russu Vladimir Putin. Minkejja dan, hija kienet fuq id-difensiva dwar l-appoġġ tagħha fil-Gwerra tal-Iraq.

    Sadanittant iż-żewġ kandidati kienu maqsumin dwar il-liġijiet tal-armi, wara sparatura f’Kulleġġ f’Oregon.

    Ritratt: Dailymail

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0