Il-Forzi Russi u Georgjani investigati dwar kriminalità fil-gwerra tal-2008

  • Ott 14, 2015 19:32
  • Miktub minn 1
"

    Il-prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali lbieraħ saħqet li se tkun qiegħda tinvestiga forzi Russi u Georgjani rigward kriminalità relatata mal-gwerra.Il-prosekutur se tkun qiegħda tinvestiga kunflitt ta’ ħamest ijiem li seħħ fis-sena 2008 fiċ-ċentru tan-Nofsinhar ta’ Ossetia, reġjun fil-Georgia.

    Fatou Bensouda saħqet li fidejha għandha evidenza li turi li forzi tan-Nofsinhar ta’ Ossetia qatlu 113-il ċivil Georgjan, hekk kif iż-żewġ naħat qatlu persuni li kienu qegħdin iżommu l-paċi (peacekeepers),.

    Hija kompliet tgħid li jidher li forzi Russi pparteċipaw fil-qtil ta’ persuni ċivili. Il-gwerra bdiet b’operazzjoni fil-Georgia, operazzjoni li ttamat li tikseb lura n-Nofsinhar ta’ Ossetia.

    Minkejja dan, truppi Russi malajr reġgħu ħadu ż-żona taħt idejhom u mbottaw aktar il-forzi tagħhom f’territorju Georgjan, fejn waqfu ftit ’il bogħod mill-belt kapitali Tbilisi. Mill-inqas 1,000 persuna spiċċaw mingħajr ħajja, hekk kif għexieren ta’ eluf ta’ Georgiani li kienu jgħixu fiż-żoni affettwati, ġew forzati jitilqu minn djarhom.

    Il-Qorti Kriminali Internazzjonali saħqet li Bensouda qiegħda tħaddan evidenza li ż-żewġ naħat qatlu peacekeepers u b’hekk wettqu kriminalità relatat mal-gwerra. L-istqarrija kompliet tgħid li sparar minn pożizzjonijiet min-Nofsinhar ta’ Ossetia qatlu żewġ peacekeepers Georgjani, hekk kif forzi Georgjani qatlu għaxar peacekeepers Russi. (Reuters),

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0