Wirja ta' akkwarelli dwar il-ħajja Beltija nofs seklu ilu

  • Ott 17, 2015 18:54
  • Miktub minn 1

    “Inti għandek passaport lest għall-ġenna!” Din kienet il-bxara li l-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici għadda lil Paul Caruana waqt il-ftuħ ta’ wirja ta’ akkwarelli msejħa Dear Younger Me ġo Palazzo de Piro fl-Imdina ftit jiem ilu. Tħabbira li intlaqgħet b’ċapċip u tbissima mill-mistednin.

    Dr Mifsud Bonnici kien għadu kif ikkwota silta mill-vanġelu ta’ San Mattew fejn jirrakkonta kif darba Ġesù talab lil ta’ madwaru: “Ħallu lit-tfal iż-żgħar jiġu għandi għaliex tagħhom hija s-saltna tas-sema.” Kien dal-passaġġ li nibbex lil Dr Mifsud Bonnici ‘jiżvela’ li Caruana “għandu passaport lest għall-ġenna”.

    Dr Mifsud Bonnici li kien akkumpanjat mill-mara tiegħu, Ġemma, qal li Caruana mhux biss jiftakar sewwa l-aħjar żmien ta’ ħajtu bħala tifel, imma kapaċi jpinġi – b’ċertu dettall li jnissillek nostalġija – dawk l-episodji li b’xi mod immarkawlu ħajtu. Mhuwiex it-tifel li qed ipinġi, imma t-tifel qed jitpinġa. Il-wirja se tibqa’ miftuħa sal-aħħar t’Ottubru, mit-Tnejn sal-Ħadd mill-10 am ’l quddiem.

    “L-episodji li pinġa Paul Caruana – li jfakkru l-ħajja ġo Strada San Giuseppe u d-Diju Balli, il-Belt, daqs ħamsin sena ilu – niftakarhom jiena u oħrajn bħali fi bliet u rħula oħra fejn trabbejna. Tifkiriet li mhux biss juri l-bidliet soċjali kbar li għadda minnhom pajjiżna imma wkoll x’tip ta’ seħer kellu dak iż-żmien. It-tpinġijiet mhumiex naive. Altru minn hekk, għaliex fix-xogħlijiet ta’ Caruana dak li jidher sempliċi mad-daqqa t’għajn huwa kumment fin u ironiku dwar kif kienet tgħix il-maġġoranza tan-nies dik il-ħabta," qa; Dr Mifsud Bonnici.

    Huwa kkwota wkoll parti mill-poeżija Żgħorija li fiha Ġan Anton Vassallo jitniehed, “O żmien ħelu, kif għaddejtli, żmien ta' meta kont bla ħtija. It-tifkira biss ħallejtli biex il-għira nħoss għalik." Poeżija popolari kif deher meta ħafna mill-mistednin lissnu l-kliem qishom qed jaqraw dik l-għanja minn ktieb tal-kant.

    Wara d-diskors tal-ftuħ tal-wirja, Paul Caruana u martu Catherine ippreżentaw akkwarell, xogħol tal-istess Caruana, lill-President Emeritu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0