Pistorius se jkompli jiskonta s-sentenza tiegħu f’daru

  • Ott 20, 2015 15:31
  • Miktub minn 1
"
    L-atleta paralimpiku mill-Afrika t’Isfel Oscar Pistorius ġie mpoġġi taħt arrest f’daru. Dan sena wara li kien ġie arrestat b’rabta mal-qtil tas-sieħba tiegħu.
    Huwa mistenni li jqatta’ l-kumplament tas-sentenza fid-dar taz-ziju tiegħu f’Pre­toria. Pistorius baqagħlu ħa­mes snin.
    Pistorius kien instab ħati li qatel lis-sieħba tiegħu Reeva Steenkamp. Allegatament huwa spara lejha hekk kif kien kienet qiegħda fil-kamra tal-banju. Il-każ kien seħħ fl-2013. Min-naħa tiegħu Pistorius kien qal li hu ħaseb li kien hemm xi ħalliel fil-kamra tal-banju.
    Fid-dawl ta’ dan kollu, il-familjari ta’ Reeva qed jargumentaw li Pistorius mhux qiegħed jieħu dak li ħaqqu.
    L-atleta nħeles mill-ħabs nhar it-Tnejn li għadda – ġurnata qabel kellu jagħmel dan. Huwa ttieħed bil-lejl lejn id-dar taz-ziju tiegħu li tinsab madwar 20 minuta ’l bogħod mill-ħabs.
    Huwa mifhum li Pistorius mhux se jkun itteggjat elettronikament iżda se jkollu restrizzjonijiet kbar ta’ moviment. Huwa għandu kundizzjonijiet ukoll tal-parolefosthom li ma jistax ikollu arma tan-nar u li jrid ikompli għaddej bis-sessjo­nijiet tal-psikoterapija.
    Ta’ min jgħid li f’Awwissu li għadda kienu diġà saru tentattivi biex Pistorius jitpoġġa taħt arrest f’daru. Din kienet mossa li ħadet ħafna nies b’sorpriża. Dak­inhar il-Ministru tal-Ġus­tizzja kien waqqaf dan l-attentat.
    Meta l-kuġina ta’ Reeva kienet qiegħda titkellem ma’ midja internazzjonali hija qalet li meta jkun il-mument opportun huma jżuru lil Pistorius. Apparti hekk qiegħda qalet li dan mhux qiegħed jingħata dak li ħaqqu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0