Inawgurata l-ewwel dar residenzjali għall-persuni b’diżabilità

  • Ott 21, 2015 13:13
  • Miktub minn 1
"

    Illum kienet inawgurata l-ewwel dar residenzjali għall-persuni b’diżabilità fis-Siġġiewi li qed tilqa’ fiha attwalment l-ewwel żewġ residenti.

    Prezenti kien hemm Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana fejn qalet li din id-dar tlaqqa’ fiha persuni b’dizabilità bil-għan li jgħixu ħajja aktar indipendenti fil-komunità.

    Hi sostniet li din hija l-ewwel dar minn għaxra għall-persuni b’diżabilità. Spjegat li r-residenti se jkollhom attenzjoni tul il-ġurnata kollha fejn dan se jkun proċess għalihom biex jgħixu ħajja b’mod aktar indipendenti. Irrimarkat ukoll li se tkun qed topera dar oħra f’għawdex lejn l-aħħar tas sena.

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li din hija idea ġdida li tipromwovi l-indipendenza ta’ persuni b’diżabilità waqt li qed ikunu integrati f’post fejn qed jgħixu wkoll ir-residenti tal-lokal.

    Fid-diskors tiegħu semma kif 24 persuna b’diżabilità kull xahar qed isibu mpjieg. Hu għamel referenza wkoll għall-hub għall-persuni b’diżabilità għall-miżura li tħabbret fil-baġit ta’ tnax-il miljun ewro.

    S’issa fir-residenza hemm żewġ persuni fejn il-quddiem ser jingħaqdu magħhom żewġ persuni oħra.

    Ritratt: Ian Noel Pace

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1