Il-GWU b’direttivi lill-precinct officers tal-iskejjel

  • Ott 21, 2015 14:23
  • Miktub minn 1
"

    Il-General Workers' Union qalet li wara li d-Dipartiment tal-Edukazzjoni naqas li jiddiskuti l-kundizzjonijiet tal-precinct officers, hija tat direttiva lill-istess ħaddiema msieħba magħha biex jinjoraw kull komunikazzjoni li tingħata lilhom mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni.

    Il-GWU kellha tirrikorri għall-azzjonijiet wara li ilha sa mill-2013 tistenna l-kontro-proposti tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-precinct officers. Minkejja diversi tentattivi li saru biex iż-żewġ naħat jiltaqgħu u jiddiskutu dawn il-kundizzjonijiet, dawn il-laqgħat dejjem tħassru min-naħa tad-Dipartiment.

    Għaldaqstant il-GWU ma kellhiex triq oħra x’tieħu ħlief li biex tipproteġi l-interessi tal-imsieħba tagħha tirrikori għall-azzjonijiet. Il-GWU infurmat lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni li dawn l-azzjonijiet jistgħu jeskalaw fiż-żmien li ġej jekk l-istess Dipartiment tal-Edukazzjoni mhux se jpoġġi madwar mejda biex jiddiskuti l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0