Valletta 2018 tiddiskuti l-Immappjar Kulturali f’kuntesti lokali u internazzjonali

  • Ott 22, 2015 15:13
  • Miktub minn 1
"

    It-tieni konferenza internazzjonali ta’ Valletta 2018 Cultural Mapping: Debating Spaces & Places tnediet dalgħodu fiċ-Ċentru tal-Konferenzi f’Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta. Il-konferenza tiffoka fuq l-immappjar kulturali, il-prattika tal-ġbir u tal-analizzar tal-informazzjoni dwar spazji kulturali u riżorsi f’kuntest Ewropew u Mediterranju.

    Waqt id-diskors tal-ftuħ tiegħu, iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Jason Micallef, tkellem fid-dawl tal-kunflitt ġewwa s-Sirja li qed iħalli warajh ħerba mifruxa ta’ diversi riżorsi kulturali, fosthom siti ta’ patrimonju fir-reġjun Mediterran.

    “Bi sfond bħal dan, l-immappjar kulturali jingħata importanza ġdida, mhux biss fl-ippriservar tal-patrimonju eżistenti tal-komunitajiet, iżda, b’mod partikulari fit-tixrid ta’ dan l-għarfien permezz ta’ toroq ġodda u globali u tat-teknoloġija, filwaqt li jsawwar relazzjonijiet ġodda bejn in-nies fid-dinja kollha,” qal Jason Micallef. “L-eżempji ta’ mmappjar kulturali ippreżentati waqt din il-konferenza se jagħtuna ċ-ċans li noħolmu b’modi ġodda li bihom l-għarfien u l-fehim tal-istorja u tal-futur kondiviżi tagħna jinfirxu mad-dinja kollha”.

    Bit-tlaqqigħ flimkien ta’ għadd ta’ akkademiċi, riċerkaturi, prattikanti kulturali u artisti internazzjonali, il-konferenza se tesplora eżerċizzji varji ta’ mmappjar kulturali li jseħħu madwar id-dinja. Billi s-suġġett huwa relattivament ġdid għal Malta, il-kelliema se jiddiskutu r-rwol tal-immappjar kulturali u kif jista’ jinfluwenza l-politika kulturali lokali, il-prattika artistika, il-patrimonju u l-identità kulturali fost l-oħrajn.

    Il-konferenza se tiġi organizzata wara t-tnedija ta’ www.culturemapmalta.com f’April illi għadda– il-mappa onlajn li turi d-data miġbura waqt l-ewwel fażi tal-proġett tal-Immappjar Kulturali, immexxi mill-Fondazzjoni Valletta 2018. Il-kelliema jinkludu esperti, akkademiċi, riċerkaturi u attivisti fi ħdan l-oqsma tal-patrimonju tanġibbli u intanġibbli, l-iżvilupp sostenibbli, u l-politika kulturali kemm madwar l-Ewropa, fil-Mediterran u lil hinn. Id-diskorsi ewlenin se jingħadu mill-Prof. Pier Luigi Sacco, economist kulturali li se jippreżenta eżempji ta’ mmappjar kulturali li jsiru ġewwa l-Italja u l-Isvezja, u Dr Aadel Essaadani, il-President ta’ Arterial Network, organizzazzjoni bbażata ġewwa l-Marokk li tlaqqa’ l-prattikanti tal-arti u l-kultura madwar il-kontinent Afrikan.

    Il-konferenza qed tiġi organizzata mill-Fondazzjoni Valletta 2018 f’kollaborazzjoni maċ-Ċentru għall-Istudji Soċjali (CES),, l-Università ta’ Coimbra. Creative Europe Desk, l-Uffiċċju tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea, EU-Japan Fest Committee, l-Ambaxxata Franċiża, il-Fondation de Malte u Spazju Kreattiv qegħdin jappoġġjaw dan l-avveniment ukoll.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0