Daphne tgħid li l-ġurnalisti m’għandhomx jattakkaw lil xulxin

  • Ott 22, 2015 15:15
  • Miktub minn 1
"

    L-artikolista Daphne Caruana Galizia saħqet li l-ġurnalisti m’għandhomx jattakkaw lil xulxin.

    Hija għaddiet din ir-rimarka waqt il-kawża ta’ libell bejnha u bejn Saviour Balzan, l-editur tal-ġurnal Malta Today.

    Quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale, Caruana Galizia qalet li jekk il-ġurnalisti jattakkaw lil xulxin ikunu qed jagħmlu ħsara għalihom iktar milli meta jattakkawhom il-politiċi.

    Hija qalet li kuntrarjament għall-ġurnalisti li jaħdmu mal-partiti, kemm hi kif ukoll Balzan huma ħielsa għax mhux kontrollati mill-partiti.

    Caruana Galizia sostniet li meta l-ġurnalisti jattakkaw lil xulxin ikunu qed jagħmlu pjaċir lill-politiċi.

    L-artikolista qalet ukoll li hija ma kellha ebda interess li tkompli f’dan l-argument ma’ Balzan.

    Min-naħa tiegħu, l-editur tal-Malta Today qal li l-ewwel ried jitkellem mal-konsulent legali tiegħu, Dr Toni Abela, qabel jieħu deċiżjoni.

    Il-Maġistrat Depasquale rrimarka li jekk iż-żewġ naħat kellhom bżonn l-intervent tiegħu setgħu jgħidulu.

    F’din il-kawża Caruana Galizia għandha jidher għaliha lill-Avukat Joseph Zammit Maempel.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    10