Il-Gvern se jkompli jinvesti fit-taħriġ biex itejjeb l-impjegabilità tal-ħaddiema Maltin - Evarist Barolo

  • Ott 23, 2015 18:04
  • Miktub minn 1
"

    F’konferenza stampa iktar kmieni llum, il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo qal li l-Gvern se jkompli jinvesti fit-taħriġ u jagħmel użu mill-fondi Ewropej biex itejjeb l-impjegabilità tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

    Hekk kif dalgħodu ġew ppublikati l-aħħar ċifri tal-qgħad, li wrew li l-qgħad f’pajjiżna qiegħed fost l-inqas fl-Ewropa, Bartolo qal li minkejja n-numru pożittivi tax-xogħol gew minħabba numru ta’ miżuri biex jinċentivaw ix-xogħol u oħrajn ta’ taħriġ. Huwa qal li l-isfida ewlenija tibqa’ l-iskills gap iżda pajjiżna, permezz ta’ fondi Ewropej, qed ikompli jinvesti fil-ħiliet neċessarji, speċjalment f’industriji fejn id-domanda għal ċerti tipi ta’ impjiegi hija għolja ħafna. Il-Ministru qal li l-iskema Access to Employment se tkun miżura oħra biex iktar persuni jsibu impjieg u ma jibqgħux qegħda.

    Is-Segretarju Parlamentari, Ian Borg qal li l-valur tal-iskema se jlaħħaq madwar €12-il miljun u madwar 1700 persuna huma mistennija li jibbenefikaw. Huwa spjega d-diversi kategoriji ta’ nies li jistgħu jibbenefikaw u li jinkludu kull persuna li għandha ’l fuq minn 24 sena u li tkun ilha wieqfa għal sitt xhur jew għal sena f’każ li tkun qed tingħata taħriġ. Din l-iskema tista’ tapplika wkoll għal dawk kollha li għandhom ’il fuq minn 50 sena u li mhumiex f’impjieg. Huwa stmat ukoll li madwar €2.4 miljun ser ikunu qed jiġu investiti f’din l-iskema, kull sena.

    Dr Borg qal li din l-iskema qed tkompli tibni fuq l-iskemi li nbdew f’dawn l-aħħar sentejn. Il-qgħad naqas bi kważi 1800 meta kkumparat ma sena ilu, kompla jgħid is-Segretarju Parlamentari Borg u permezz tal-A2E (Access to Employment), ir-rata tan-nies b’impjieg se tkompli tiżdied. Huwa rringrazzja lill-Ministeru tal-Edukazjoni, kif ukoll lill-Korporazzjoni tat-Taħriġ u awgura li miżuri simili jkomplu jgħinu sabiex pajjiżna jkollu tabilħaqq ekonomija bsaħħitha.

    Iċ-Chairperson tal-ETC, is-Sur Clyde Caruana, qal li fix-xhur li ġejjin se jitnedew numru ta’ mizuri oħra, bħal Training Pays u Investing in Skills, li se jkomplu jgħinu biex il-miżuri tax-xogħol iħallu l-frott. Huwa qal li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ se tkompli titjieb b’iktar incentivi għaż-żgħażagħ biex jibdewjistudjaw jew jaħdmu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0