'Xandir Malta sar baqra li tinħaleb minn klikka….is-sit onlajn sar qisu The Sun'

  • Ott 26, 2015 10:20
  • Miktub minn 1
"

    Id-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli f'intervent fil-Parlament dalgħodu qal li Xandir Malta sar stazzjon ta' propaganda u ddeskrivieh bħala baqra li tinħaleb minn klikka. Qal li hemm problemi finanzjarji kbar u ddikjara wkoll li l-Kap tal-Aħbarijiet jaġixxi skont l-ordnijiet minn Kastilja.

    Ikkritika l-mod kif iddaħħlu persuni jaħdmu fil-PBS, u qal li kien hemm persuna li kienet taħdem mal-media tal-Partit Laburista u kif ġie elett Gvern Laburista dan spiċċa jaħdem f'ministeru u wara mar imexxi s-sit onlajn tal-PBS, li kultant aktar taħsbu 'The Sun'.

    Puli staqsa jekk hux minnu li hemm kontributuri li ilhom ma jitħallsu mill-PBS sa minn Ġunju tas-sena li għaddiet. Huwa talab biex il-kontijiet finanzjarji tal-PBS jitpoġġew fil-Parlament u ssir diskussjoni dwarhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    7