Casal Paola f’Lejl ta’ Fjammi, Storja, Arti u Mużika

  • Ott 26, 2015 10:25
  • Miktub minn 1
"

    Ħafna Gran Mastri xtaqu li isimhom jibqa’ mfakkar permezz ta’ xi monument kbir li huma kienu jħeġġu biex jinbena. Iżda meta Antione De Paule laħaq Gran Mastru, minflok monument sempliċi, huwa xtaq jibni raħal li jġib ismu, u fl-1626 kien ta bidu għat-twettiq ta’ din xewqtu bil-bini ta’ Casal Paola.

    Il-Kunsill Lokali Paola bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali, flimkien mal-Għaqda Soċjali Muzikali Kristu Sultan Banda Paola, qegħdin jorganizzaw “Casal Paola f’Lejl ta’ Fjammi, Storja Arti u Mużika”. Din hija attività soċjali u kulturali li permezz tagħha sejrin immorru lura tul kważi 400 sena ta’ storja li sawret lil dan ir-raħal li llum sar belt fin-nofsinhar ta’ Malta

    L-attività se ssir fl-aktar parti antika ta’ Paola, taħt id-dell tal-Knisja ta’ Sant’ Ubaldeska li hija ddedikata lil din is-soru tal-Ordni minn Pisa. Din il-knisja, li wkoll rat il-bidu tal-bini tagħha fi żmien il-Granmastru Antione De Paule, se tiftaħ ukoll il-bibien tagħha għaż-żjajjar mill-pubbliku.

    Jiddominaw Pjazza Sant’ Ubaldeska se nsibu l-fjammi tan-nar, li sejrin jithalltu mal-istorja, l-arti u l-mużika. Fjammi, li lura 400 sena ilu kienu l-mezz ta’ dawl għan-nies ta’ dak iż-żmien, sejrin joffru ambjent mill-isbaħ f’din il-lejla biex ngħixu din l-esperjenza

    Matul din is-sena ma jonqsux li jittellgħu re-enactments u teatru ta’ triq li sejrin jitħalltu wkoll mad-disinji magħmula mill-fjammi tan-nar. Fl-istess waqt, ix-xelter li jinsab fil-pjazza, imdawwal bix-xemgħat se jkun il-post fejn se tkun tista’ dduq xi ħaġa sħuna tipika ta’ żmien il-gwerra.

    L-uniku sqaq li wieħed isib f’Casal Paola, għal din l-okkażjoni se jkun imżejjen b’taħlita ta’ xogħlijiet tal-arti maħdumin minn diversi artisti Maltin. Ma jistax jonqos li ma’ dan kollu jitħallat ukoll l-element mużikali permezz ta’ gruppi folkloristiċi flimkien ma’ żfin u daqq ta’ għanjiet tradizzjonali Maltin. F’partijiet differenti ta’ din il-pjazza sejrin jittellgħu wkoll wirjiet diversi b’firxa ta’ xogħlijiet ta’ artiġġjanat Malti.

    Nhar is-Sibt, 31 ta’ Ottubru, mis-6 ta’ filgħaxija ’l quddiem sejrin nkunu qegħdin ngħixu din l-esperjenza peremzz ta’ “Casal Paola f’Lejl ta’ Fjammi Storja Arti u Mużika”. Kulħadd mistieden biex jattendi u jkun parti mill-istorja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0