Elezzjoni oħra fl-Arġentina wara li ebda kandidat ma rebaħ l-elezzjoni

  • Ott 26, 2015 16:27
  • Miktub minn 1
"
    L-Arġentina se jkollha tagħmel elezzjoni oħra x-xahar id-dieħel wara li l-ebda kandidat presidenzjali ma kiseb biżżejjed voti biex jirbaħ l-elezzjoni.
    Il-kandidat taċ-ċentru-xellugi Daniel Scioli kien jinsab fuq quddiem fl-elezzjoni, u ssupera bi ftit lis-Sindku ta’ Buenos Aires miċ-ċentru-lemin Mauricio Macri, wara li ngħaddu l-voti.
    Kienu ħafna li stennew li Scioli kien se jikseb ħafna aktar voti milli fil-fatt ġab. It-tieni elezzjoni fit-22 ta’ Novembru se tkun l-ewwel darba li elezzjoni fl-Arġentina se tkun deċiża fit-tieni elezzjoni.
    B’96% tal-voti mgħoddija, Scioli kien qed jirbaħ bi 36.7% tal-voti, filwaqt li Macri kellu 34.5%.
    Biex wieħed ikun jista’ jirbaħ bla ebda dubju mal-ewwel għadd, kandidat irid iġib 45% tal-voti jew minimu ta’ 40% kif ukoll 10 punti ta’ vantaġġ fuq l-eqreb rival tiegħu.
    “Dak li ġara se jbiddel il-politika ta’ dan il-pajjiż,” qal Macri, qal is-Sindku ta’ Buenos Aires lill-partitarji tiegħu.
    Sergio Massa, eks-allejat li qaleb f’rival tal-President Cristina Fernandez de Kirchner, ġie fit-tielet post b’21.3% tal-voti u aċċetta t-telfa. Massa ma qalx min se jikseb l-appoġġ tiegħu fit-tieni elezzjoni x-xahar id-dieħel.
    B’Macri u Scioli jinsabu ras imb’ras, is-sapport ta’ Massa jista’ jkun kruċjali. Scioli kien intgħażel personalment bħala kandidat mill-President Fernandez, li kostituzzjonalment ma tistax toħroġ għat-tielet darba.
    Il-Gvernatur tal-provinċja ta’ Buenos Aires, huwa eks champion tal-powerboating li tilef idu l-leminija f’tellie- qa fl-1989. Tard nhar il- Ħadd huwa tkellem qud-diem eluf mill-partitarji tiegħu fejn qalilhom: “Magħqudin flimkien se nittrijnfaw. Qed nappella lil dawk li għadhom indeċiżi u l-votanti indipendenti biex jingħaqdu ma’ din il-kawża.”
    Il-ġimgħa l-oħra Scioli wiegħed li nitnaqqsu t-taxxi lill-ħaddiema li kienu qed jaqbdu inqas minn ċertu ammont ta’ dħul, mossa li hija mistennija taffettwa nofs miljun persuna.
    Hu wiegħed ukoll li jbaxxi l-inflazzjoni tal-Arġentina għal ċifri singulari f’inqas minn erba’ snin u wiegħed li jintroduċi bidliet fil-politika biex itejjeb l-ekonomija.
    Fernandez, li se twarrab wara tmien snin fil-poter, qalet li se talli lill-Arġentini f’pajjiż aħjar. “Aħna se nivvutaw f’pajjiż kompletament normali,” qalet Fernandez wara li tefgħet il-vot tagħha fil-belt ta’ Rio Gallegos.
    Snin ilu, l-Arġentinjani dejjem marru jivvutaw “f’nofs kriżi serja”, kompliet tgħid. Fernandez qalet li l-kisba ta’ stabilità u li tħalli lill-Arġentini “f’pajjiż aktar normali” kienet il-wegħda li kienet saret mir-raġel tagħha, Neston Kirchner, meta kien rebaħ l-elezjoni fl-2003.
    Hu kien miet fl-2010, tliet snin wara li kien ta l-Presidenza lil martu. Min se jirbaħ il-Presidenza se jiffaċċja sfidi ekonomiċi sinifikanti.
    Filwaqt li l-pajjiż akk-wista s-saħħa wara kriżi ekonomika fl-2002, l-ekonomija tagħha, it-tielet l-akbar fl-Amerka Latina, naqset ħafna f’dawn l-aħħar snin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0