Ħames Ingliżi jmutu fi traġedja waqt li xtaqu jaraw il-baleni fil-Kanada

  • Ott 26, 2015 16:17
  • Miktub minn 1
"
    Dgħajsa li ġġorr il-passiġġieri li jkunu jixtiequ jaraw il-baleni għerqet ‘il barra mill-kosta ta’ British Columbia fil-Punent tal-Kanada, fejn ħalliet minn tal-inqas ħamsa mejtin.
    Id-dgħajsa li kienet qed iġġorr 27 persuna għerqet qrib Tofino fuq Vancouver Island, qal il-gwardja kostali. Il-kundizzjonijiet tal-baħar f’dak il-ħin kienu rappurtati kalmi.
    Uffiċjali tal-emerġenza qalu li 21 persuna ġew salvati u persuna oħra għadha nieqsa. In-nazzjonalità tal-ħames vittmi huma kollha Ingliżi.
    Id-dgħajsa, il-Leviathan II, għamlet telefonata ta’ emerġenza tard nhar il-Ħadd waranofsinhar, qalu membru tal-Joint Rescue Co-ordination Centre.
    Valerie Wilson, mill-Vancouver Island Health Authority, qalet lill-Associated Press li dawk li ġew salvati ttieħdu f’Tofino General Hospital u tlieta minnhom ittieħdu fi sptar ieħor.
    L-ewwel dgħajjes ta’ salvataġġ li waslu kienu dawk li jappartjenu lill-komunità ta’ Ahoushat First Nation, li titmexxa minn Tom Campbell. Hu qal li ra li l-ewwel superstiti jittellgħu l-art.
    “Id-dehra f’għajnejhom tgħid -istorja kollha,” hu qal lill-gazzetta. “Ma tistax tiddeskrivi d-dehra fuq wiċċ in-nies li huma mitlufin. Dawn jidhru totalment mitlufin – ixxukkjati u mitlufin.”
    Ix-xandar Kanadiż tas-CBC qal li jidher li d-dgħajsa kienet għerqet ftit tad-distanza mill-art. Id-dgħajsa ta’ 20 metru (65 pulzier), kienet qed tiġi operata minn Jamie’s Whaling Station u Adventure Centres.
    Fi stqarrija fuq il-website tal-kumpanija, is-sid Jamie Bray qal: “Din kienet ġurnata ta’ traġedja kbira. It-tim kollu tagħna jin-sab qalbu maqsuma minġabba dan l-inċident.
    “Qed nagħmlu dak kollu li nistgħu biex nassistu l-passiġġieri u l-membri tal-istaff tagħna biex ngħaddu minn dan il-mument ikrah. Qed nikkoperaw mal-investigaturi biex niddeterminaw eżattament x’ġara.”
    Tofino huwa destinazzjoni popolari għat-turisti li jridu jaraw xi baliena humpback u Pacific Gray, u l-vjaġġi normalment idumu tliet sigħat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0