Aktar minn 200 ruħ imutu wara terremot fl-Afganistan

  • Ott 26, 2015 20:59
  • Miktub minn 1
"

    Aktar minn 200 ruħ mietu llum wara li terremot b'qawwa ta' 7.5 laqat il-grigal tal-Afganistan. Il-vittmi kienu kemm mill-Afganistan kif ukoll mill-Pakistan. It-terremot inħass ukoll fl-Indja u fit-Tajikistan.

    Mill-inqas 12 mill-vittmi kienu bniet mill-Afganistan li mietu mgħaffġin meta f'paniku ppruvaw joħorġu mill-bini fejn kienu qegħdin.

    L-epiċentru tat-terremot kien fir-reġjun muntanjuż ta' Hindu Kush region, madwar 76km fin-nofsinhar ta' Faizabad.

    Aktarx li n-numru tal-vittmi huwa akbar minn dak li ġie rapportat s'issa, billi l-aktar inħawi milquta huma remoti ħafna u l-komunikazzjoni magħhom inqatgħet minħabba dak li ġara.

    Fil-Pakistan ġie rapportat li mill-inqas 154 persuna mietu fil-provinċja ta' Khyber Pakhtunkhwa biss, filwaqt li aktar minn elf ruħ sfaw feruti. Il-Prim Ministru tal-Pakistan, Nawaz Sharif, waqqaf żjara barra mill-pajjiż qabel iż-żmien u mar lura l-Pakistan.

    Filmat: CNN

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0