Total ta’ 35 benefiċjarju ta’ skemi diversi ta’ fondi tal-KMS

  • Nov 02, 2015 10:09
  • Miktub minn 1
"

    Kienu 35 l-assoċjazzjonijiet sportivi/atleti individwali li bbenefikaw minn skemi ta’ assistenza ta’ SportMalta. L-għajnuna finanzjarja li kienet ippreżentata lilhom illum kienet marbuta mad-diversi skemi li toffri SportMalta, fosthom l-iskema tat-Turiżmu Sportiv.

    Waqt li indirizza lil dawk preżenti, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Chris Agius, aċċenna għall-miżuri li qed jittieħdu mill-gvern sabiex l-isportivi jkunu megħjuna. Huwa semma t-tnaqqis ta’ rata tat-taxxa għall-atleti kollha u l-kowċis u r-rata anqas tat-taxxa tal-VAT fuq attivitajiet sportivi fosthom f’gym membershipsu fitness centres. Huwa kompla jgħid li nhar it-Tnejn SportMalta se tkun qed tħabbar aktar proġetti ġodda li minnhom se jibbenefikaw bosta sportivi.

    Iċ-Ċermen ta’ SportMalta, Luciano Busuttil, aċċenna għall-ħidma li għamlu l-impjegati ta’ SportMalta biex ma jħallux l-entità tkompli takkumula aktar dejn. Minn din is-sena din il-ħidma se tibda tħalli l-frott, hekk kif għall-ewwel darba wara diversi snin, SportMalta se tkun qed tagħmel profitt li jista’ jerġa jkun investit fl-isport lokali.

    L-Aġent Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, Mark Cutajar, ta spjegazzjoni dwar il-proċeduri l-ġodda sabiex wieħed ikun jista’ japplika għall-assistenza filwaqt li aċċenna għall-ħinijiet ġodda li se jibda jopera SportMalta sabiex l-isportivi jkunu moqdija aħjar. Huwa semma li dan huwa parti mir-rebranding tal-entità li tinkludi wkoll bdil fl-isem u website ġdida.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0