L-istejjer u l-miti tal-Avukat Herbert Ganado

  • Nov 02, 2015 10:59
  • Miktub minn 1
"

    Id-dar tal-kotba Horizons tkompli tipproponi iktar pubblikazzjonijiet għall-pubbliku li jħobb il-Melitensia. Din id-darba qed ikun ippubblikat it-tielet volum mis-sensiela Bejn Storja u Miti.

    Wara l-volumi dwar Duminku Mintoff u Monsinjur Victor Grech, Sergio Grech qed jeditja volum dwar l-Avukat Herbert Ganado, persunaġġ magħruf għall-erba’ volumi Rajt Malta Tinbidel.

    L-istorja ta’ dan il-ktieb bdiet nhar il-25 ta’ April 2005 meta Poeżijaplus organizzat konferenza li għarblet l-impatt ta’ Herbert Ganado fil-pajjiż. F’dik il-konferenza, li kienet ippreseduta mill-Professur Henry J. Frendo, ħadu sehem diversi kelliema: Carmelo Abela, Carmel Cassar, Sergio Grech, Maria Grech Ganado, Paul Saliba, Piju Spiteri u Martin Vella.

    Żewġ preżentazzjonijiet partikulari kienu qajmu reazzjonijiet qawwija waqt il-konferenza u wara, u sa intervent minnhom kien ġie rrappurtat f’gazzetta lokali tal-Ħadd bl-Ingliż.

    Dik il-konferenza ħalliet togħma tajba u fuq kollox xogħol validu li kien ikun ħasra li ma jiġix mitbugħ. Fil-fatt l-awturi minħabba li għadda ftit żmien, reġgħu raw u flew ix-xogħol tagħhom u għamlu l-aġġornamenti li ħassew li hemm bżonn.

    F’diskussjoni mal-pubblikaturi, ħarġet l-idea li l-lista tal-kittieba tiżdied u dan fisser li stajna noffru iktar perspettivi dwar Herbert Ganado li l-konferenza kienet qabżet minħabba żmien u ħin. Uħud minn dawn il-perspettivi huma friski għalkollox anki f’sintonija ma’ studji internazzjonali fil-qasam tal-Istorja.

    Il-lista l-ġdida tinkludi lil Dr Tonio Borg, Noel D’Anastas, Speaker Emeritus Anton Tabone, Max Farrugia, Emily Barbaro-Sant, Professur Oliver Friggieri, Dr Simon Mercieca, Giorgio Peresso, L-Imħallef Rtirat Giovanni Bonello, Monsinjur Charles G. Vella u Dr Charles Xuereb.

    L-avversarji ta’ Ganado ikkritikawh bl-aħrax għall-artiklu Dħalna Madrid li hu kien ippubblika f’Leħen is-Sewwa fl-aqwa tal-Gwerra Spanjola. Imma ħajtu kienet iktar imlewna minn hekk.

    F’ittra li Walter Żahra - Żejtuni u sostenitur qawwi tat-Tabib Pawlu Boffa u wara membru attiv fil-Partit tal-Ħaddiema Nsara ta’ Toni Pellegrini - f’Lulju 1960 kien kiteb dwar l-Avukat Herbert Ganado lill-International Federation of Christian Trade Unions sostna li Ganado qabel it-Tieni Gwerra kien membru ma’ dik il-fazzjoni fil-Partit Nazzjonalista li kienu favur li Malta ssir parti mill-Italja.

    Ikompli li kien ammiratur ta’ Benito Mussolini u fi żmien il-gwerra kien internat l-Uganda. Dawn it-tendenzi, skont Żahra, kienu spiċċaw għalkollox f’Herbert tal-1960 u dik il-ħabta Ganado kien jemmen li Malta kellha tibqa’ fil-Commonwealth Ingliż. Zahra jiddubita fl-ittra msemmija kemm Ganado seta’ jkun mexxej nazzjonali.

    L-Avukat Herbert Ganado Bejn Storja u Miti jistħarreġ bosta punti u mistoqsijiet li jqajjem Walter Żahra f’dik l-ittra msemmija hawn fuq u jiddiskuti iktar punti dwar il-ħajja pubblika tal-Avukat Herbert Ganado, ir-raġel li ra Malta tinbidel.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1