Il-musical 'The Last Five Years' fit-Teatru Blue Box

  • Nov 06, 2015 02:48:24
  • Miktub minn 1
"

    Il-musical b’att wieħed 'The Last Five Years', rebbieħ ta’ ħafna premjijet, se jittella' f'Malta fit-Teatru Blue Box/

    Dan huwa musical intimu u emozzjonalment qawwi. L-istorja iddur madwar żewġ żgħażagħ ta’ għoxrin sena minn New York li r-relazzjoni ta’ mħabba tagħhom matul ħames snin ikollha ħafna tlajja' u nżul.

    Miktub bi struttura mhux konvenzjonali mill-kompożitur Jason Robert Brown (rebbieħ tat-Tony Award),, dan il-musical ilaqqagħna mal-attriċi vivaċi Cathy (Rachel Fabri), li tirrakkonta l-istorja tagħha bil-maqlub, u l-kittieb Jamie (Joseph Zammit), li jgħid tiegħu kronoloġikament. Iż-żewġ karattri jiltaqgħu darba biss, waqt it-tieġ tagħhom f’nofs il-musical.

    'The Last Five Years' għandu direzzjoni artistika ta’ anthony bezzina. Jonathan Ellul imexxi grupp ta’ sitt mużiċisti, taħt it-tmexxija tal-coach vokali Cathy Lawlor. Id-disinn tas-sett għamlu Aldo Moretti.

    Dan il-kapolavur mużikali ser jittella' fl-ispazju intimu ta’ Blue Box għal sitt serati biss. Jiftaħ il-Ġimgħa 20 ta’ Novembru u jibqa' sejjer sat-22, imbagħad mis-27 sad-29.

    Il-biljetti tal-ewwel tliet serati jiswew €18. Tista' tibbukkja fuq www.bluebox.com.mt jew billi ċċempel fuq 7979 3737.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    2