Moody’s issostni li Malta għandha ekonomija b'saħħitha

  • Nov 11, 2015 11:52:57
  • Miktub minn 1
"

    L-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali Moody’s ikkonfermat li l-ekonomija ta’ pajjiżna sejra tajjeb, speċjalment minħabba t-tkabbir fl-azjendi tas-servizzi. Moody’s tgħid li s-sorsi ta’ tkabbir ekonomiku huma aktar bilanċjati issa meta mqabbla mas-snin ta’ qabel. Dan għaliex it-tkabbir ġej mill-konsum privat u l-investiment.

    Skont l-analisti ta’ Moody’s, “Malta’s high economic strength assessment reflects relatively strong economic growth, an elevated per-capita income and very high scores in terms of global competitiveness”. Din hija konferma bl-iswed fuq l-abjad li mhux talli pajjiżna ma talabx bailout kif kien bassar il-Kap tal-Oppożizzjoni, imma talli pajjiżna huwa meqjus li għandu ekonomija b’saħħitha.

    L-analisti ta’ Moody’s isostnu li d-domanda domestika saret sors ewlieni ta’ tkabbir ekonomiku. Fost il-kawżi ewlenin isemmu t-tnaqqis fir-rati tal-income tax, prezzijiet orħos tal-fjuwil, traħħis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, kif ukoll investiment qawwi fis-settur tal-enerġija. Dawn huma kollha frott id-deċiżjonijiet li ħa l-Gvern.

    Skont Moody’s, din l-ekonomija b’saħħitha qed twassal għal tnaqqis qawwi fir-rata ta’ qgħad f’pajjiżna.

    L-istrateġija li addotta l-Gvern fis-settur tal-enerġija u fil-qasam tax-xogħol intlaqgħet tajjeb mill-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali. Moody’s tgħid li, b’din l-istrateġija, hemm opportunita qawwija ta’ żieda sinifikanti fil-potenzjal ekonomiku ta’ pajjiżna u tinnota kif l-involviment ta’ Shanghai Electric Power wassal għal finanzi aktar sodi fl-Enemalta u tnaqqis fl-obbligi tal-Gvern.

    Filwaqt li l-Oppożizzjoni tgħid li l-kompetittività ta’ pajjiżna sejra ħażin, ir-rapport ta’ Moody’s jgħid li l-kompetittività hija għolja u li f’ċertu setturi bħat-turiżmu hija anke aħjar. Filwaqt li Simon Busuttil jikkritika l-Gvern fuq governanza, ir-rapport ta’ Moody’s jgħid li “worldwide governance indicators point to very high institutional strength”.

    Il-Gvern jilqa’ b’sodisfazzjon iċ-ċertifikat pożittiv li taw l-esperti ta’ Moody’s li Malta hija ekonomija b’saħħitha. Huwa inkoraġġanti ħafna li, skont Moody’s, “fiscal consolidation is on a good footing” u li “the budget targets appear to be realistic as they are built on reasonable macroeconomic assumptions and measures that appear socially acceptable for key stakeholders”.

    Din il-fiduċja mistennija tattira aktar interess fost investituri barranin u twassal għal titjib akbar fl-ekonomija tagħna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    9