'Happy'... diska ġdida mill-Winter Moods

  • Nov 11, 2015 11:53:08
  • Miktub minn 1
"

    Winter Moods, li din is-sena qed jiċċelebraw it-30 sena anniversarju tagħhom, għadhom kemm ħarġu diska ġdida, ‘Happy’, li qed tindaqq fuq l-istazzjonijiet tar-radju lokali. Il-grupp nieda wkoll video għal din id-diska, li huwa magħmul mill-filmati tal-kunċert memorabbli li Winter Moods taw fil-Forti Sant'Iermu f’Ġunju li għadda, fejn ġabru €40,300 għal Puttinu.

    ‘Happy’ hija diska differenti mill-ġeneru li aħna mdorrijin nisimgħu minn Winter Moods. Il-burdata ta’ din id-diska teħodna lura għall-ħoss ta’ ‘Morning Ale’, it-tieni album tal-grupp li ddomina x-xena tal-mużika lokali fis-sena 2000.

    “Din id-diska tfakkarna f’uħud mill-isbaħ mumenti li kellna meta rrekordjajna ‘The Journey’. Għandha ċerta attitudni u għalkemm il-kliem hu sarkastiku, xorta għandha feel pożittiv. Id-diska għanda preżenza qawwija ta’ brass li mhux komuni fid-diski tagħna. Dħalna fid-diska sew waqt ir-recording session, u din tinħass ukoll meta ndoqquha live. Toħloq atmosfera u l-udjenza tingħaqad maghna,” qal Ivan Grech, il-kantant tal-grupp.

    ‘Happy’ hija r-raba’ diska mill-album ‘The Journey’ li l-grupp nieda f’Marzu ta’ din is-sena. Diski oħra minn dan is-CD li diġà kisbu suċċess fiċ-charts lokali jinkludu ‘Days of My Life’ ‘Everlasting’ u ‘Flowers & Cash’.

    Il-mużika u l-kliem ta’ ‘Happy’ kitibhom Ivan Grech. Id-diska tinkludi wkoll lil Mark Farrugia (trumbetta), u Dennis ‘Kurun’ Camilleri (trumbun),. Id-diska kienet irrekordjata f’Temple Studios, il-Mistra, ma’ David Vella, li kien ukoll il-producer ta’ din id-diska.

    Il-video kien iffilmjat u editjat minn Motion Blur u wieħed jista' jarah fuq https://youtu.be/FfbXUa7tnto.

    Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jidhol fis-sit www.wintermoods.net u jsegwi l-grupp fuq Facebook, Twitter u You Tube.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0