L-oratorju ‘Dawl fuq is-Sinaj’ fil-knisja parrokkjali taż-Żejtun

  • Nov 12, 2015 04:16:02
  • Miktub minn 1
"
    L-Għaqda Mużikali Beland ser terġa’ ttella' l-Oratorju 'Dawl fuq is-Sinaj' fl-okkażjoni tal-10 anniversarju mill-premiere uffiċjali li kien sar fl-2005 b’tifkira tal-1700 mill-martirju ta’ Santa Katarina V.M.

    L-Oratorju 'Dawl fuq is-Sinaj', li mużikalment jittratta l-ħajja u l-martirju ta' Santa Katarina V.M., huwa kompożizzjoni ta' Mro. Ray Sciberras fuq versi tal-kittieb Żejtuni Trevor Zahra. Jieħdu sehem ukoll is-sopran Rosabelle Bianchi, it-tenur Charles Vincenti u l-kor 'Mirabitur' immexxi minn Simone Attard. Il-Banda Beland ser tkun qed tesegwixxi dan l-Oratorju mmexxija mis-surmast direttur Mro. Ray Sciberras.

    Il-lirika hekk metikolożament mirquma mill-pinna ta' Trevor Zahra, flimkien mal-mużika profonda kompożizzjoni ċelebri oħra mill-pinna ta' Mro. Ray Sciberras, jingħaqdu flimkien sabiex isaħħru lill-udjenza preżenti u jgħinuha tifhem aħjar il-ħajja u l-martirju li għaddiet minnhom Santa Katarina V.M.

    Dan l-Oratorju, b'ħin ta' madwar 45 minuta, ser jgħaddi lil dawk preżenti minn bosta sentimenti fejn wieħed iħossu aktar viċin tal-protagonista u jerġa' jgħix il-ferħ, il-biżgħat u n-niket li għaddiet minnhom Santa Katarina V.M.

    Dan kollu ser jittella' fil-knisja parrokkjali ta' Santa Katarina V.M., iż-Żejtun, nhar il-Ġimgħa 20 ta' Novembru 2015 fis-7.30 p.m.Okkażjoni li tpaxxi l-widnejn ta' kulħadd u li ebda segwaċi tal-mużika Maltija ma għandu jitlef.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0