Il-kunċert ta' Corazón fuq it-televixin nhar il-Milied

  • Diċ 17, 2015 09:57:02
  • Miktub minn 1
"

    Il-kantawtriċi Corazón tellgħet it-tieni kunċert tal-kanzunetti oriġinali tagħha bil-Malti dan is-sajf fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem ta’ grupp ta’ mużiċisti live taħt it-tmexxija ta’ Dominic Galea. Il-kunċert tagħha se jintwera fuq it-televixin għall-ewwel darba nhar il-Milied fis-17:45 fuq ONE.

    Il-preżentazzjoni tas-serata kienet f’idejn Daniel Chircop illi b’ħila kbira għaqqad kanzunetta m’oħra b’interventi umoristiċi. Corazón tgħidilna: "Daniel kien il-persuna ideali biex jippreżenta l-kunċert tiegħi, l-ewwel nett għaliex il-mużika tiegħi jafha sew, iżda wkoll għaliex is-sens ta’ umoriżmu tiegħu joħloq bilanċ bżonjuż mat-temi serji tal-kanzunetti li nikteb."
    Kull kanzunetta kienet introdotta minn filmat li wessa’ l-iskop u s-sinifikat tal-kanzunetta. "F’dawn il-filmati morna lil hinn u trattajna temi attwali bħall-omosesswalità, il-mod kif iż-żgħażagħ tal-lum aljenati fuq il-mowbajls, id-djar antiki li qed jitwaqqgħu u l-kuxjenza lejn min hu anqas ixxurtjat minna fost l-oħrajn," tgħidilna Corazón.
    Il-kunċert involva wkoll lil bosta atturi li bl-interventi teatrali komplew żiedu mas-sinifikat ta’ kull kanzunetta. "F’mument minnhom iqumu żewġ atturi mill-udjenza u jibdew jillatikaw bejniethom," tiżvela Corazón. "Dan kien mument speċjali għaliex l-udjenza nħasdet u ħadd ma stenna li dawn kienu qed jirreċtaw il-parti."
    Fil-kunċert kien hemm ukoll mistednin speċjali: Walter Micallef li interpreta ‘Tal-Aħħar’ fi dwett ma’ Corazón, kif ukoll Spiro Sillato minn The Tramps għal verżjoni esklużiva ta’ ‘Xemx.’
    Dan il-kunċert kien mibjugħ kollu, b’attendenza ta’ ‘l fuq minn 900 ruħ. Għaldaqstant, min ma rnexxilux jattendi fis-sajf, issa ser ikun jista’ jsegwih mill-kumdità ta’ daru minn fuq it-televixin. "Dan hu kunċert ta’ mużika bil-Malti iżda mhux biss – huwa kunċert dwar il-ħajja, esperjenza li tħalli lil dak li jkun jaħseb u jirrifletti fuq is-suġġetti ppreżentati," tikkonkludi Corazón.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0