Dalwaqt imiss lil Malta fid-dawra ta' Shakespeare madwar id-dinja

  • Diċ 21, 2015 01:13:56
  • Miktub minn 1
"

    Fid-dawra ta' Globe to Globe Hamlet madwar id-dinja, dalwaqt se jkun imiss lil Malta hekk kif fi Frar li ġej se jtellgħu id-dramm Hamlet fit-Teatru Sależjan f'Tas-Sliema.

    Dan se jkun parti mit-tour li grupp ta' artisti qed itellgħu biex iqajmu l-memorja tad-drammaturgu famuż Ingliż William Shakespeare. Fil-pjan tagħhom li jtellgħu d-dramm Hamlet f'kull pajjiż fid-dinja sa April 2016, dawn diġà daru iktar minn 150 pajjiż, b'udjenza ta' madwar 100,000 ruħ.

    Globe to Globe Hamlet fetaħ fix-Shakespeare's Globe fit-23 ta' April 2014 u mmarka l-450 sena mit-twelid tal-kittieb, bit-tmiem mistenni jasal f'April 2016 u se jimmarka l-400 sena mill-mewt tiegħu.

    F'Ottubru 2014, il-grupp Globe to Globe Hamlet ingħata patronaġġ mingħand il-UNESCO, f'rikonoxximent għax-xogħol li qed jagħmel għall-komunità.

    Il-produzzjoni se tittella' fit-8 ta' Frar fis-2.00 pm u fis-7.30 pm. Wieħed jista' jibbukkja mill-websajt tsmalta.com/project/hamlet. Il-prezzijiet tal-biljetti huma €10-€15, filwaqt li tfal taħt it-12-il sena jħallsu €5.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0