'Meta Ġie Jżurna Paul' se tittella' f'Ħal Safi

  • Jan 04, 2016 07:31:45
  • Miktub minn 1
"

    Il-Kummissjoni Żgħażagħ Pawlini u l-Kummissjoni Armar fi ħdan il-Każin Banda San Pawl ta’ Ħal Safi ser itellgħu reċta ta’ Hector Bruno bl-isem ‘Meta Ġie Jżurna Paul’. Din ir-reċta, produzzjoni tas-Safi Drama Group, se tittella' l-Ħadd 24 ta’ Jannar 2016 fl-4pm fit-teatru tal-iskola primarja tal-lokalità. Fil-25 ta’ Jannar tiġi ċċelebrata l-festa liturġika tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, li l-parroċċa ta’ Ħal Safi hija ddedikata għaliha.

    Ir-reċta ‘Meta Ġie Jżurna Paul’ inkitbet fl-1981, u ilha ma tittella' minn dak iż-żmien. Id-direzzjoni hija f’idejn Alexis Callus u l-atturi u l-parteċipanti kollha, inkluż it-tim tal-produzzjoni, armar tal-palk u ta’ wara l-kwinti huma kollha żgħażagħ Ħal Safin.

    L-istorja tikkonċerna familja Maltija, li wara l-għarqa ta’ cabin cruiser jispiċċaw jospitaw f’darhom raġel li jismu Paul, u dan iwasslilhom il-kelma t-tajba u jressaqhom lejn it-tagħlim u l-fidi Nisranija. Għal aktar informazzjoni tistgħu tidħlu fil-paġna ta’ Facebook, Safi Drama Group.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0