Naqsmu l-istejjer permezz tal-arti

  • Mar 08, 2016 10:54
  • Miktub minn iNews
"

    Imtella mill-Fondazzjoni Valletta 2018 u mill-Heritage Malta, Naqsam il-Muża huwa eżerċizzju mmexxi mill-komunità fejn membri ta’ komunità identifikata jagħżlu u jippreżentaw xogħlijiet artistiċi mill-kollezzjoni tal-Arti li dalwaqt ser tkun għall-wiri f’MUŻA.

    Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti bħalissa għaddej minn tranżizzjoni biex isir MUŻA, il-mużew nazzjonali tal-arti ġdid li se jiftaħ il-bibien tiegħu bħala proġett prinċipali fl-2018, meta l-Belt Valletta tkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura.

    Il-proġett Naqsam il-MUŻA se jiffoka fuq il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini. Il-proġett tnieda fil-Belt Valletta ma’ 10 membri mill-komunità li żaru l-Mużew Nazzjonali tal-Arti u għażlu l-iktar biċċa xogħol artikstika li laqtithom. Imbagħad, kull parteċipant ippreżenta x-xogħol lill-ħbieb u lill-qraba kif ukoll identifika l-post li fih se tiġi installata r-riproduzzjoni ta’ dak ix-xogħol.

    Dawn ir-riproduzzjonijiet se jiġu installati fi: Pjazza San Ġorġ, Triq San Ġużepp, Triq Lvant, Triq Marsamxett, Triq it-Teatru l-Antik, is-Sur ta’ Santa Barbara, Strada Merkanti, il-Ġnien tal-Barrakka ta’ Fuq, Triq San Pawl u Triq l-Ifran. Fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, il-proġett se jilħaq bliet u rħula oħrajn madwar Malta kollha bil-Marsa u l-Kalkara jkunu l-irħula li jmiss.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0