Simply Queen... kunċert li jiċċelebra l-aqwa suċċessi ta' grupp leġġendarju

  • Mar 08, 2016 10:56
  • Miktub minn iNews
"

    Masquerade Theatre Company ser tippreżenta lejla mużikali mimlija bl-akbar suċċessi sensazzjonali tal-grupp Queen, li żgur iġegħluk li tkanta magħhom waqt li jerġgħu jagħtu l-ħajja lill-aqwa mumenti fl-istorja tal-mużika rock.

    Wara s-suċċess tal-kunċert Simply Webber fl-2011, Masquerade issa ser tkun qed tippreżenta lejla li tagħti ġieħ lill-aqwa rock band Ingliża, Queen – lejla mimlija b’memorji ta’ diski sbieħ li jafhom kulħadd.

    F'din is-serata, Dorothy Bezzina, Ludwig Galea, Francesco Nicodeme, Neville Refalo, Roger Tirazona u Nadia Vella ser ikunu kkumpanjati minn kor ta’ 40 ruħ u seba' mużiċisti eċċezzjonali, immexxija mid-direttur mużikali Kevin Abela. Roger Tirazona huwa l-kowċ vokali filwaqt li d-direzzjoni artistika hija f’idejn Anthony Bezzina.

    Kunu lesti biex tesperjenzaw 80 minuta ppakkjati b’kanzunetti fedelment adattati sal-inqas dettall għall-udjenza. Isimgħu wħud mill-kanzunetti li ma jmutu qatt, fosthom: We Will Rock You, Bohemian Rhapsody, A Kind of Magic, Somebody to Love, u ħafna u ħafna oħrajn! Gawdu dan kollu bi dwal inkredibbli, ħsejjes, viżwal.... u xi sorpriżi wkoll.

    Anthony Bezzina, id-direttur artistiku ta' Masquerade Theatre Company, jgħid: “Ħafna minna jew kbirna nisimghu l-grupp Queen jew inkella għarrafna lil ħaddieħor bil-kobor ta' dan il-grupp... Niftakarni nisma' d-diski tagħhom minn fuq CD li għadha għandi. Ninsab konvint li l-kantanti kollha involuti ser jagħmluna kburin.”

    Simply Queen ser jittella' fuq żewġ serati biss, fil-11 u t-12 ta’ Marzu fit-8pm fit-Teatru tal-Università, Tal-Qroqq. Il-biljetti jiswew 15, 20 u 25 ewro u jistgħu jiġu bbukkjati fuq www.bluebox.com.mt jew billi wieħed iċempel fuq 7979 3737.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0