'Il-Qarċilla' fil-Forti Sant'Anġlu

  • Mar 08, 2016 10:57
  • Miktub minn iNews
"

    Heritage Malta għal darba oħra fi żmien il-karnival se tippreżenta 'Il-Qarċilla' fil-Forti Sant’ Anġlu b’kollaborazzjoni mal-Akkademja tal-Malti, il-Kunsill tal-Ilsien Malti u l-Kumitat tal-Karnival.

    Il-qarċilla hija farsa li sa mitt sena ilu kienet għadha ssir fil-Karnival tal-Belt. Kienet popolari fl-irħula wkoll. Raġel kien jilbes ta’ nutar u maġenbu jkollu l-għarajjes. In-nutar jaqralhom b’vuċi għolja l-kuntratt taż-żwieġ, kitba mqabbla mimlija ħmerijiet, tmejjil u botti. In-nies kienu jogħxew isegwu n-nutar huwa u jaqra l-qarċilla biċċa biċċa mal-kantunieri tal-Belt. Xi kultant, il-kelma tan-nutar ma kinitx tajba għal widnejn kulħadd.

    L-ewwel qarċilla li nafu biha nkitbet għall-Karnival tal-1760. Hija x-xogħol tal-poeta Bormliż Dun Feliċ Demarco. 

    'Il-Qarċilla' ser issir fil-Forti Sant’Anġlu nhar it-Tnejn 8 ta’ Frar fit-8.00pm. Il-programm jinkludi diskors dwar din it-tradizzjoni minn Olvin Vella u rappreżentazzjoni ta’ qarċilla ġdida miktuba minn Immanuel Mifsud, kif ukoll riċeviment żgħir. Il-biljetti jiswew €15 għall-kbar u €12 għal studenti, anzjani u membri ta’ Heritage Malta u jistgħu jinkisbu mis-siti kollha ta' Heritage Malta u online fuq http://shop.heritagmalta.org.

    Is-serata hija riżervata għall-udjenza adulta.

    Għal iktar informazzjoni dwar din l-attività u oħrajn simili fix-xhur li ġejjin, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org jew isegwi l-paġna uffiċjali fuq Facebook.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0