Sitt persuni nqatlu f'valanga fl-Alpi Taljani

  • Mar 13, 2016 19:45
  • Miktub minn Daniel Bartolo

    Fi tmiem il-ġimgħa valanga qatlet sitt persuni fosthom tifel ta’ 16-il sena u mara fl-Alpi Taljani. Il-Membri tal-Protezzjoni Ċivili qalu li dan il-każ kien wieħed mill-aktar qattiel fiż-żona għal bosta snin.

    Il-vittmi kienu erbgħa Taljani u tnejn oħra għadhom iridu jiġu identifikati. Mara Awstrijaka li ndarbet fl-inċident għada qed tiġi kkurata fl-isptar tal-belt ta’ Brunico.

    Jingħad ukoll li żewġ persuni li nqabdu fil-valanga kienu kapaċi jinħelsu mingħajr ma weġġgħu. Tliet ħelikopters, klieb imħarrġin apposta u aktar minn 70 persuna provaw jagħtu l-għajnuna biex jinstabu l-persuni.

    Il-valanga seħħet f’għoli ta’ 3,000 metru fuq il-Muntanja Nevoso li tinsab qrib il-fruntiera Awstrijaka. Kundizzjonijiet tat-temp sbieħ iżda b’ftit jew wisq riħ. Il-ġranet ta’ qabel l-inċident kien hemm ħafna borra.

    Kien hemm immarkat riskju ta’ valanga ta' 3 fiż-żona dak il-ħin, fuq skala li 5 tindika riskju qawwi ta’ valangi.

    Sadanittant l-Alpinist popolari Reinhold Messner qal li qed imutu aktar nies fuq l-Alpi milli fuq il-Himalayas u skont hu r-raġuni ewlenija hija li l-dawk li javventuraw ruħhom m’għandhomx esperjenza biżżejjed biex jagħrfu li għandhom ikollhom responsabbilta kbira biex jagħrfu l-perikli.

    Messner kompla jgħid li l-persuni jrid ikollhom kundizzjoni tas-saħħa tajba, iridu jikkalkulaw l-irjieħat li jkunu għaddejjin, ix-xemx u kif ukoll il-kundizzjoni tal-borra peress li huma diffiċli li jkollok kontroll tajjeb fuq il-borra.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0