Il-bdot tal-Germanwings kellu jiġi rikoverat ġimagħtejn qabel id-diżastru

  • Mar 13, 2016 19:46
  • Miktub minn Daniel Bartolo
"

    Investigaturi Franċiżi qalu li t-tabib privat kien irrakkomanda li l-pilota Ġermaniż li ġġarraf l-ajruplan tal-passiġġieri Germanwings fil-Alpi is-sena li għaddiet kellu jiġi rikoverat fi sptar psikjatriku ġimagħtejn qabel id-diżastru.

    Prosekuturi jemmnu li l-pilota Andreas Lubitz, li kellhu storja ta’ dipressjoni severa, sakkar lilu nnfisu fil-kabina tal-pilota u deliberatament ġarraf l-ajruplan f’żona muntanjuża fl-24 ta’ Marzu, fejn il-150 persuna li kien abbord spiċċaw mejta.

    L-uffiċċju investivattiv Franċiż tal-BEA qal li fir-rapport finali, Lubitz kien beda juri sintomi konsistenti ta’ episodji dipressivi u psikotiċi f'Diċembru 2014. Ħu kien ikkonsulta diversi tobba matul ix-xhur ta’ wara, iżda ħadd minnhom ma kien informa lill-awtoritajiet tal-avjazzjoni jew lil min iħaddmu.

    Il-Prosekuturi sabu evidenza li l-pilota, li kellhu problemi ta’ vista wkoll u li jista’ jkun beża’ li jitlef l-impjieg tiegħu, kien fittex diversi metodi ta’ suwiċidju u ħeba l-marda tiegħu minn min iħaddmu, qajjem dibattitu dwar is-sorveljanza u s-segretezza medika.

    BEA qalet li l-kollegi tiegħu ma kinux indunaw dwar l-istat mentali tiegħu.

    Madankollu l-BEA inċitat li n-nuqqas ta’ linji gwida ċari fir-regolamenti Ġermaniżi fuq theddida għas-sigurtà pubblika għandhom ikunu akbar mir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità medika.

    Il-BEA ħeġġet lill-awtoritajiet Ewropej biex iwettqu aktar riċerka dwar l-abilità tal-bdoti, partikolarment fejn kienu involuti kwistjonijiet psikjatriċi u li jsiru aktar kontrolli fuq piloti bi storja ta' problemi psikjatriċi jiġu ddikkjarati tajbin biex itiru.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0