Vaċċin illegali jikkawża rabja fiċ-Ċina

  • Mar 21, 2016 16:39
  • Miktub minn Daniel Bartolo
"

    Ċittadini Ċiniżi kellhom reazzjoni ta’ rabja wara li ġiet mikxufa operazzjoni enormi ta’ vaċċin illegali fil-provinċja ta’ Shandong.

    Il-ċirku involut fil-vaċċin illegali involva mijiet ta’ persuni u affettwa 24 provinċja u belt.

    Aħbar ta’ tifel li kien miet wara vaċċinazzjoni qanqal aktar rabja, għalkemm l-uffiċjali qalu li ma kien hemm l-ebda rabta mal-iskandlu ta’ Shandong.

    Huwa magħruf li ċ-Ċina rat bosta skandli fil-qasam tas-saħħa u tas-sigurtà fis-snin riċenti.

    Jingħad li dan iċ-ċirku ta’ persuni nvoluti kien ilu jopera mill-2011. Il-mexxejja taċ-ċirku ġew arrestati, li allegatament huma omm u bint li xtraw il-vaċċini minn sorsi mhux liċenzjati, u mbagħad biegħhom lill-aġenti illegali.

    It-tilqim potenzjalment kompromess jista’ jikkawża diżabilità u kif ukoll mewt.

    Għalkemm l-awtoritajiet kienu jafu b’dan iċ-ċirku minn April tas-sena li għaddiet, il-proċeduri kriminali bdew f’dawn l-aħħar ġranet.

    L-awtoritajiet ħarġu wkoll dettalji dwar il-vaċċini affettwati, li jinkludu dawk għal poljo, idrofobija, gattone, enċefalite, epatite B u mard meningokokkali.

    L-awtoritajiet fil-provinċja ta’ Guangdong kkonfermaw li kienu qed jinvestigaw il-mewt ta' tifel ta’ erba' snin li miet fil-bidu ta’ dan ix-xahar, jiem wara li kien mogħti vaċċini meningokokkali u tal-poljo.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0