Imħallef Russu kkundanna pilota li qatlet żewġ ġurnalisti

  • Mar 21, 2016 16:40
  • Miktub minn Daniel Bartolo
"

    Imħallef Russu kkundanna lill-pilota Ukrena Nadia Savchenko, li qatlet żewġ ġurnalisti Russi. Madankollu l-verdett finali għadu jrid jingħata fil-ġranet li ġejjin.

    L-Ukrajna u xi pajjiżi tal-Punent kkundannaw il-każ bħala spettaklu.

    Iż-żewġ ġurnalisti televiżivi Russi Igor Kornelyuk u Anton Voloshin inqatlu f'Ġunju tal-2014, fl-eqqel tal-ġlied bejn il-forzi Ukreni u r-ribelli pro-Russi. Fl-istess jum, Savchenko li llum il-ġurnata għandha 34 sena kienet maqbuda mir-ribelli.

    Nadia Savchenko baqgħet tikkontesta l-akkużi.

    Waqt il-qari tal-verdett, l-imħallef tal-belt tan-Nofsinhar tar-Russja, Donetsk, qal li Nadia Savchenko kienet immotivata minn mibegħda politika.

    Il-prosekuturi qed jitolbu li Savchenko tintbagħat għal 23 snin priġunerija. Madankollu diversi politikanti tal-Punent sejħu għall-ħelsien tagħha.

    Il-kap tal-politika barranija tal-Unjoni Ewropea Federica Mogherini, qalet li Savchenko għandha tinħeles immedjatament u mingħajr ebda kundizzjonijiet filwaqt li uffiċjal tan-Nazzjonijiet Uniti Samantha Power, deskriviet dan il-każ fil-qorti bħala farsa.

    Ir-relazzjonijiet bejn ir-Russja u l-Ukraina, flimkien ma’ alleati tal-Punent ddeterjoraw minħabba l-avvenimenti fl-2014 fl-Ukraina.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0