Eks-Pulizija jitlob kumpens fuq dewmien ta' kawża - illiberat wara 23 sena l-Qorti

  • Mar 21, 2016 17:54
  • Miktub minn Corey Formosa

    Eks-Pulizija li ġie lliberat minn każ ta' serq li dam għaddej fil-Qorti għal xejn inqas minn 24 sena, ippreżenta kawża kostituzzjonali fejn qed jilmenta li d-dewmien eċċessiv ħoloqlu problemi finanzjarji, apparti problemi oħrajn fiż-żwieġ. 

    L-eks-Pulizija Paul Sammut ta' 58 sena, ippreżenta din il-kawża kostituzzjonali kontra l-Avukat Ġnerali. 

    Kien nhar l-4 ta' Mejju tas-sena 1991, meta l-akkużat tressaq il-Qorti fejn ġie mixli b'akkużi relatati ma' serq. F'Ġunju tal-istess sena, il-każ beda jinstema' quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta' Inkjesta, iżda imbagħad f'Lulju tas-sena ta' wara, Sammut qabel li l-każ jibda jinstema mill-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti Kriminali ta' Ġudikatura.

    F'April tal-1995, il-Prosekuzzjoni issottomettiet talba biex jissejjħu x-xhieda, minkejja li kienet waqfet tippreżenta l-evidenza tagħha f'Mejju tal-1992. Minħabba din it-talba, is-sentenza ġiet differita.

    Minn dak iż-żmien il-quddiem, il-każ baqgħa jiġi differit minħabb raġunijiet varji, daqqa għaliex il-Qorti ma ddeċidiedx fuq id-digriet u daqqa għaliex il-każ ġie differit mingħajr ebda raġuni. 

    Sadanittant, il-każ beda jinstema' quddiem Maġistrat ieħor, xi ħaġa li wasslet biex il-partijiet jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom qabel ingħatat is-sentenza. Eventwalment, is-sentenza ngħatat nhar id-29 ta' Frar tas-sena 2014, xejn inqas minn 23 sena, disa xhur u jumejn minn meta l-akkużat tressaq għall-ewwel darba. Huwa ġie lliberat minn kull akkuża. 

    Fir-rikors, ippreżentat minn l-Avukati Michael Sciriha u Evelyn Borg Costanzi, ingħad li dan id-dewmien eċċessiv ma kienx ġustifikabbli, aktar u aktar għaliex Sammut kien innoċenti. 

    Ingħad li minħabba dan id-dewmien, Sammut sofra minn ħafna konsegwenzi, fosthom li tilef l-impjieg tiegħu, fl-istess waqt li ma setgħax isib impjieg ieħor. Dan wassal għal diffikultajiet finanzjarji, li affetwaw il-ħajja miżżewġa tiegħu. 

    Għaldaqstant, Sammut qed jitlob lill-Qorti biex tiddikjara li inkiser is-smiegħ xieraq u talab li jingħata kumpens. 

     
     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0