Bil-filmat: Barrani jhedded li għandu bomba fuq tal-linja ...l-MPT tikkonferma li kien hemm theddida

  • Mar 23, 2016 15:00
  • Miktub minn Massimo Axisa


    15:00 Stqarrija mill-Malta Public Transport (MPT) tikkontradixxi informazzjoni mingħand il-Pulizija.

    Skont il-MPT għal ħabta tal-ħdax ta' filgħodu inqala paniku fuq ir-rotta X2 , dik li topera minn Tas-Sliema għall-Ajruport, hekk kif żgħażugħ barrani hedded li fuqu kien qiegħed iġorr bomba.

    Wara li ġie investigat il-każ, permezz tat-telefon, kelliem tas-CMRU qalilna li dan kollu kien sempliċiment 'misunderstanding', fejn ix-xufier ma fehemx sew lill-barrani. Minn naħa l-oħra, kelliema għall-Malta Public Transport qaltilna li dan mhux minnu, u li l-barrani allega li għandu bomba fuqu u għalhekk ix-xufier kien kostrett li jagħmel rapport lill-control room.

    Iż-żgħażugħ, li aktarx hu mill-Maċedonja, kien riekeb karozza tal-linja, u hekk kif din waslet il-Park & Ride tal-Marsa, dan irrifjuta li jinżel, u beda jgħajjat li  fuqu għandu bomba. In-nies abbord niżlu jiġru, tant li hu spiċċa waħdu fuq il-vettura. 

    12.30: Minn investigazzjonijiet preliminari, il-Pulizija qalet lil inewsmalta.com li kien hemm ‘misunderstaning’. Kelliema għat-Taqsima tal-Komunikazzjoni tal-Pulizija (CMRU) qalet li x-xufier ta’ tal-linja fehem ħażin lill-barrani.

    12.01: Fuq il-post wasal il-Brigadier tal-Forzi Armati, Jeffrey Curmi. 

    Aktar qabel: Ftit tal-mumenti ilu, raġel barrani li kien riekeb fuq tal-linja u li kienet għaddejja mill-Park and Ride ta’ Ħal Qormi ħoloq paniku sħiħ wara li beda jgħajjat kemm jiflaħ u jgħid li kellu bomba. 

    Fuq il-post issejħu l-Pulizija tal-RIU li ċċirkundaw il-karozza tal-linja, evakwaw lill-passiġġieri u arrestaw lill-barrani minnufih. Aktarx, il-persuna inkwistjoni hija mill-Maċedonja.

    Bħalissa, it-Taqsima tal-Bomb Disposal tal-Forzi Armati ta‘ Malta qiegħda tipprepara biex tispezzjona l-karozza tal-linja. 

    It-traffiku qiegħed jiġi devjat u kontrollat mit-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija. 

    Ritratt u filmat: Ian Noel Pace

     
     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0