Min jagħti d-demm ma jistax jastjeni mill-ikel

  • Mar 23, 2016 15:49
  • Miktub minn iNews

    F’dan iż-żmien tas-sena, partikulament fil-jiem qrib u f’nhar il-Ġimgħa l-Kbira għadd kbir ta’ nies jirriflettu iktar dwar it-tbatija u wħud minnhom jagħżlu li b’sens ta’ sagrifiċċju jagħtu d-demm. Iktar minn hekk jista’ jkun li fil-jum tal-għoti tad-demm jagħżlu wkoll li jastjenu mill-ikel.

    Quddiem din il-possibbiltà, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm mingħajr ma joffendi l-valuri ta’ ħadd jesiġi li meta persuna tagħti d-demm ikun hemm bżonn assolut li apparti li tixrob sew, ikun jinħtieġ ukoll li ssostni ruħha kemm qabel u wara d-donazzjoni.

    Intant, is-Servizz waqt jieħu din l-opportunità biex jawgura l-Għid it-Tajjeb lil kulħadd jħeġġeġ lil kull min jista’ biex jagħti d-demm:

         ·         fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa inkluż f’nhar il-Ġimgħa l-Kbira) mit-8:00 am sas-6:00 pm.

    ·         fil-kmamar annessi mal-knisja tal-Ħniena Divina tan-Naxxar li nhar il-Ġimgħa l-Kbira ser ikunu disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:30am sas-1:00pm.

    ·         fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar Ħadd il-Għid, 27  ta’ Marzu mit-8:30am sas-1:00pm ser ikun maġenb il-knisja ta’ San Girgor, Iż-Żejtun.

    Huwa importanti li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0