21 persuna arrestati dwar l-attakki fuq il-kwartieri ġenerali tal-UE fil-Mali

  • Mar 23, 2016 20:40
  • Miktub minn Daniel Bartolo
"

    L-awtoritajiet ta’ Mali arrestaw 21 persuna b'konnessjoni ma’ attakk fuq il-kwartieri ġenerali tal-operazzjoni ta' taħriġ militari tal-UE.

    Fl-attakk ta’ nhar it-Tnejn li għadda li kien mimli sparar fuq Bamako’s Nord-Sud Hotel, inqatlet persuna u ġew arrestati żewġ persuni. Ma ġewx rappurtati vittmi fil-lukanda.

    Il-missjoni tal-UE hija magħmul minn kważi 600 persuna skjerati biex iħarrġu l-forzi tas-sigurtà biex jistabbilizzaw lill- Mali wara t-telfa minn militanti Iżlamiċi li ħatfu parti kbira mit-Tramuntana tad-deżert fl-2012.

    Ma kien hemm l-ebda pretensjoni immedjata ta’ responsabbiltà wara l-attakk, iżda l-Mali u l-pajjiżi ġirien tal-Afrika tal-Punent dejjem qed ikunu aktar fil-mira tal-Iżlamisti, li ġeneralment ikunu affiljati mal-Al Qaeda.

    Id-direttur ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali qal li l-ewwel ġew arrestati żewġ persuni iżda aktar tard arrestaw 19-il persuna oħra. Minn fuq il-post innifsu, il-Pulizija ssekwestraw xkora sħiħa ta’ bombi tal-idejn, munizzjon, pistoli u xkubetta.

     

    Ritratt: REUTERS/ADAMA DIARRA

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0