Ingredjenti:
300g ross
basla mqattgħa
litru stokk
40ml żejt taż-żebbuġa
200g mozzarella
160g kapuljat tat-tiġieġ
2 bajdiet
150g polpa tat-tadam
ftit origanu
żejt biex taqli
dqiq
frak tal-ħobż
melħ
Metodu:
Saħħan ftit żejt ġo taġen fuq nar medju u sajjar il-basla sakemm tismar. Żid 100g polpa u l-origanu. Żid ir-ross u ħallih jimmarina. Żid l-istokk ftit ftit, dejjem ħawwad, sakemm ikollok risotto niexef.
Neħħi minn fuq in-nar u żid bajda sħiħa. Ferrex ir-ross fuq dixx biex jiksaħ.
Sajjar il-kapuljat tat-tiġieġ ġo taġen b'mgħarfa żejt u poġġih ġo skutella. Żid mozzarella u l-kumplament tal-polpa.
Poġġi daqs mgħarfa ross f'idek, poġġi ftit mit-taħlita tal mili fin-nofs u agħmel ballun bil-mili fin-nofs. Kompli b'dan il-mod. Ħabbat bajda. Poġġi l-blalen, wieħed wieħed, fid-dqiq sabiex tiksihom; billhom fil-bajd u iksi bil-frak tal-ħobż.
Aqli f'ħafna żejt sakemm jismaru u jsiru jqarmċu. Servihom sħan.
Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.goodfoodeveryday.wordpress.com
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.