Grawnd tal-futbol għal Wied il-Għajn

  • Mej 07, 2016 18:45
  • Miktub minn iNews
"

    Illum ġie varat proġett sportiv ieħor għan-nofsinhar tal-pajjiż hekk kif issa l-lokalità ta’ Wied il-Għajn ser ikollha grawnd tal-futbol.

    Il-popolazzjoni ta’ Wied il-Għajn tlaħħaq ’il fuq minn 16,000 u fis-sajf taqbeż it-22,000. Popolazzjoni li qiegħda kulma jmur tikber. Popolazzjoni żagħżugħa, tant li madwar 60 fil-mija tal-Iskalin huma taħt l-40 sena, u għalhekk tħoss il-ħtieġa illi t-tfal u ż-żgħażagħ jkollhom fejn jirrikreaw ruħhom. Kienu bosta dawk li meta kienu intervistati b’relazzjoni mas-Social Impact Assessment, esprimew il-bżonn ta’ grawnd tal-futbol.

    In-nursery bħalissa qed titħarreġ fil-grawnd tal-iskola primarja tal-lokal filwaqt li sezzjoni minnhom tmur titħarreġ fi grawnds oħra fin-nofsinhar tal-pajjiż u t-tim tal-kbar jitħarreġ fil-grawnd tal-Isla. Kien għalhekk li aktar inħass il-bżonn illi l-klabb ta’ Marsaskala jkollu d-dar tiegħu fejn ilaqqa’ lit-timijiet kollha f’daqqa.

    Alex Muscat, deputy chief of staff fl-uffiċċju tal-Prim Ministru, qal illi meta tħabbar il-proġett tal-AUM f’Mejju 2015, li kien jinkludi medda ta’ 90,000 metru kwadru, kien jinkludi grawnd. Issa l-proġett ser ikopri 31,000 metru kwadru u allura ma setax jinkludi grawnd. Il-Gvern baqa’ kommess li jwettaq dak li wiegħed u baqa' riżolut li jagħmel grawnd għall-klabb ta’ Marsaskala.

    Wara li kienu kkunsidrati diversi siti, l-aktar sit idoneu kien fil-Park tal-Familja. Dan ser ikun investiment ta’ 1.5 miljun ewro u mistenni jitlesta fi tmintax-il xahar minn mindu joħorġu l-permessi.

    Is-Segretarju Parlamentari għar-Ricerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Chris Agius, aċċenna għall-għajnuna li l-Gvern ta, permezz tal-Malta Football Association, lill-klabbs tal-futbol kemm Maltin u anke Għawdxin. Huwa saħaq li dawn issa jridu jfittxu li jkunu sostenibbli. Kien għalhekk li s-Segretarjat qed jaħdem fuq il-White Paper tal-kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi, li hija għodda essenzjali sabiex issir il-qabża tant importanti sabiex l-isport isir aktar sostenibbli u fuq bażi professjonali u ma jibqax jiddependi fuq għajnuna ta’ terzi.

    Indirizzaw lil dawk preżenti is-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Bjorn Vassallo, il-President tal-klabb ta’ Marsaskala, Luke Spagnol, u Joe Gerada, wieħed miż-żewġ awturi tas-Social Impact Assesment li sar fuq l-Institute of Higher Education li ser issir fl-area taż-Żonqor.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0