Il-kunċett ta' spazju... għall-immigranti jfisser inċertezza u ħajjiet imdendlin

  • Mej 31, 2016 12:18
  • Miktub minn Victor Vella
"

    Ħwejjeġ marbutin ma' xulxin. Waħda ħdejn waħda. Imdendlin fl-għoli mas-saqaf. Ħwejjeġ ikkulutriti. Ġakketta tas-salvataġġ u magħha għadd ta' ħwejjeġ marbutin b'għoqda sempliċi. Tirrifletti fuq dak li tkun qed tara u tifhem li hemm kollox imdendel u miżmum fuq wajer wieħed.

    Il-ħwejjeġ imdendlin b'tali mod li qisu xi ħadd qed jiftaħ idejh. Xi wħud mitluqin aktar minn oħrajn. Taqta' l-wajer jaqa' kollox mal-art. Jekk taħseb fuqha tara li hi simili tal-istess sitwazzjoni li jkunu fiha l-immigranti abbord id-dgħajjes jew dinghies li huma jivvjaġġaw bihom lejn l-Ewropa. Wieħed ħdejn wieħed, fejn bi traġedja kollha jispiċċaw l-baħar. Ħafna minnhom jispiċċaw bħal dawn il-ħwejjeġ, mitluqin f'wiċċ il-baħar wiċċhom 'l isfel. Bla ħajja.

    Din il-wirja ssibha fil-qalba tal-Borża ta' Malta, wirja li qed issir fl-okkażjoni tal-25 anniversarju tal-Borża. It-tema tal-wirja li fiha qed jieħdu sehem disa' artisti hi l-kunċett tal-ispazju. Illum hu fatt magħruf li l-kunċett ta' spazju għandu tifsira differenti minn żminijiet oħra. Għall-immigranti, l-ispazju jfisser inċertezza. Biża'. Tkomplija tal-vjaġġ ta' tbatija. Fuq kollox ma jafx jekk finalment hux se jasal fejn dejjem ħolom.

    Il-kuratur ta' din il-wirja hu Adrian Scicluna u din se ddum miftuħa għall-pubbliku sal-15 ta' Ġunju. Fiha qed jieħdu sehem l-artisti Adrian Abela, Adrian Scicluna, Charles Paul Azzopardi, George Mario Attard, John Cascun, Kane Cali, Mario Abela, Matthew Schembri u Robert Zahra.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0