Maqbula t-triq 'il quddiem għal koperazzjoni akbar fost dawk li jaħdmu u jużaw is-servizzi tal-Qrati

  • Mej 31, 2016 13:30
  • Miktub minn iNews
"

    Għall-ewwel darba, matul laqgħa interna ta’ diskussjoni li ġabet flimkien stakeholders differenti li jaħdmu u jużaw is-servizzi tal-Qrati kif ukoll jagħtu servizz lill-istess Qrati tal-Ġustizzja, ġie maqbul li din il-laqgħa għandha sservi bħala tqegħid tal-pedamenti għal laqgħat aktar frekwenti u futuri.

    Matul din il-laqgħa, li saret fil-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku, ġiet diskussa wkoll, fost ir-rappreżentanti governattivi, l-urġenza li jitwaqqaf working group li bih ikun jista’ jissorvelja u jieħu azzjoni meta drogi sintetiċi ġodda jidħlu f’pajjiżna biex dawn jiġu elenkati b’effett immedjat taħt Kapitolu 101 – Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi.

    Ġie maqbul ukoll li laqgħat oħra simili jsiru b’mod frekwenti u fihom jiġu diskussi l-operat kif ukoll pjanijiet strateġiċi ta’ kif jista’ jkun hemm kuxjenza akbar tas-servizzi provduti. Fl-aħħarnett, ġie rakkommandat ukoll li jkun hemm mekkaniżmu li bih l-informazzjoni bejn il-partijiet tiġi mqassma u ddisseminata in real time.

    Il-laqgħa, li trattat ukoll il-ħtieġa li l-vittma tkun imħarsa, kienet indirizzata mis-Segretarju Permanenti Ewlieni, Mario Cutajar, u mmexxija mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Paulanne Mamo.

    L-istakeholders kienu rappreżentanti tal-Membri tal-Ġudikatura, kif ukoll rappreżentanti governattivi varji fosthom mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, fosthom il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, Aġenzija APPOĠĠ u Aġenzija SEDQA, il-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, fosthom id-Dipartiment tal-Probation u Parole u l-Korp tal-Pulizija, kif ukoll il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, fosthom Social Workers u College Counsellors.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0