Ingredjenti:
3 qarabagħliet
ftit melħ u bżar
2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
2 mgħaref ħall balsamiku
1/4 ta' kuċċarina stevia
ftit tursin imqatta' għall-wiċċ
Metodu:
Saħħan il-forn għal 220 grad Celcius. Ipprepara dixx tal-forn bil-kartaforn u bl-spray tal-ħami. Qatta' l-qarabagħli fi dwawar ta' 1/4 ta' pulzier.
Poġġihom fid-dixx. Ferrex fuqhom mgħarfa żejt taż-żebbuġa. Sajjar fil-forn għal 12-il minuta.
Immedjatament ħallat il-bqija taż-żejt taż-żebbuġa, ħall balsamiku u stevia. Ferra' fuq il-qarabagħli.
Ħalli l-qarabagħli jiksħu kompletament. Poġġihom ġo skutella u kessaħ aktar fil-friġġ għal mill-inqas nofs siegħa qabel ma sservi.
Żejjen il-wiċċ bit-tursin frisk imqatta'.
Ritratt: Stefan Stafrace
Tistgħu ssibu aktar riċetti ta' Lea Hogg fuq inewsmalta.com, l-Orizzont tal-Erbgħa u s-Sibt kif ukoll it-Torċa kull nhar ta' Ħadd. Tistgħu ssegwu ukoll lil Lea kuljum f'xandira diretta fuq Radju Smash 104.6FM u fuq il-blog www.goodfoodeveryday.wordpress.com
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.