Stilel tal-futur: Kasey Azzopardi

  • Ġun 22, 2016 10:17
  • Miktub minn Daniel Bartolo

    Kasey Azzopardi twieldet fis-16 ta’ Ġunju, 2003 u tgħix is-Siġġiewi. Tattendi l-Kulleġġ San Injazju, ta’ Ħal Qormi.

    Bdiet il-karriera tagħha fl-2013, meta mxiet fuq il-passi ta’ ommha Amanda, li kienet kantanta u attriċi magħrufa ħafna f’pajjiżna, magħrufa aktar bħala Amanda Bugeja. Kasey bdiet tattendi l-iskola tal-kant “La Voix Academy” taħt l-għalliema tal-kant Gillian Attard u l-għalliem tat-teknika tal-vuċi Mro Joseph Chircop. Tipparteċipa f’diversi festivals lokali fejn dejjem ġabet riżultati tajbin.

    F’April tal-2015, Kasey ħarġet l-ewwel single tagħ­ha, kanzunetta Maltija li ġġib l-isem “Ta’ Ġenna tal-Art” fuq kliem ta’ Rita Pace u mużika ta’ Dominic Cini/Gillian Attard, fejn b’din il-kanzunetta pparte­ċi­­pat fil-festival “Għanja Ġmiel is-Seba’ Noti” u rnex­xielha tirbaħ it-tieni post.

    Fl-2015, Kasey kellha wkoll żewġ esperjenzi mill-isbaħ, barra minn xtutna, fejn ħadet sehem fil-festival “OlteOceano” li sar f’Mon­reale fi Sqallija u hemm rebħet l-unur tal-aqwa interpretazzjoni fil-Junior Ca­tegory. Waqt li f’Aw­wissu, Kasey ħadet sehem fil-programm Taljan “Tra Sogno è Realtà”, programm li xxandar fuq wieħed mill-istazzjonijiet tal-Mediaset f’Di­ċembru tal-2015.

    F’April 2016, ħadet sehem f’“Star Flowers International Festival” f’Minsk, il-Belarus u rebħet it-tieni post (dip­loma degree), minn kategorija ta’ 20 parteċi­pant, meta ħadet sehem ma' kantanti barranin mill-Italja, mir-Russja, is-Serbja, il-Maċedona, l-Iżrael fost l-oħrajn. Kasey kantant kanzunetta “Ġenna tal-Art” u cover version “Mama Knows Best”. Fl-preżent Kasey qed taħdem fuq opportunità oħra, meta f’Ġunju tal-2016, mistennija tkanta għall-ewwel darba live mal-Banda San Nikola tas-Siġġiewi fil-kunċert li se jsir matul il-ġimgħa tal-festa.

    Kasey tieħu sehem ukoll, f’diversi produzzjonijiet ta’ reklamar, fejn f’Diċmbru li għadda kantat għall-kum­panija partikolari l-kanzunetta “Nini La Tibqix Iżjed”. Kasey għandha wkoll filmati tagħha tkanta, fuq Youtube.

    Għadha mhijiex ċerta x’tixtieq issir la tikber iżda taspira dejjem li tkun kantanta professjonali, u għal­hekk trid tieħu l-kant b’serjetà u b’passjoni kbira, għax hija l-aktar ħaġa li tħobb u li tieħu pjaċir tagħ­mel.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0