Ħaġar Qim u l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni b'żewġ unuri kull wieħed

  • Ġun 22, 2016 12:56
  • Miktub minn iNews

    Disa’ siti ta’ Heritage Malta ngħataw Ċertifikat t’Eċċellenza filwaqt li tnejn mis-siti rebħu wkoll il-Premju Skont l-Għażla tal-Viżitaturi għas-sena 2016 minn TripAdvisor, l-akbar sit ettroniku fid-dinja dedikat lill-ivjaġġar.

    Il-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra, it-Tempji tal-Imnajdra, it-Tempji ta’ Ħaġar Qim, l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, it-Tempji tal-Ġantija, il-Mużew Marittimu, il-Katakombi ta’ San Pawl u l-Forti Sant’ Iermu irċivew Ċrtifikat t’Eċċellenza li jingħata biss lil dawk is-siti li b’mod konsistenti jirċievu kummenti tajbin ħafna fuq TripAdvisor. It-Tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni rebħu wkoll il-Premju Skont l-Għażla tal-Viżitaturi.

    Skont is-sit elettroniku uffiċjali www.tripadvisor.com “Ir-rebbieħa taċ-ċertifikat t’eċċellenza jinsabu madwar id-dinja kollha u jirrappreżentaw l-aqwa negozji u stabbilimenti oħrajn mniżżlin fis-sit u li minnhom l-aqwa għaxra fil-mija biss jiġu mogħtija dan iċ-ċertifikat. Il-Premju Skont l-Għażla tal-Viżitaturi huwa l-ogħla unur mogħti minn TripAdvisor. Dan il-premju huwa bbażat fuq miljuni ta’ kummenti u opinjoijiet minn vjaġġaturi minn madwar id-dinja kollha u dan l-unur jirrifletti l-aqwa fost l-aqw’  għas-servizz, kwalità u s-sodisfazzjon tal-klijent fost il-lukandi, destinazzjonijiet, attrazjonijiet u anki prodotti”.

    Biex sit jew negozju jikkwalifika għaċ-Ċrtifikat t’Eċċellenza jrid iżomm rating ta’ erbgħa jew iktar minn ħamsa, skont dawk li jibagħtu l-kummenti tagħhom fuq TripAdvisor. Kriterji oħrajn jinkludu n-numru ta’ kummenti li jintbagħtu matul is-sena inkwistjoni.
    Għal iktar informazzjoni dwar is-siti li ngħataw dan iċ-ċertifikat wieħed jista’ jżur is-sit eletroniku uffiċjali ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org jew iżur il-paġna ta’ Facebook tas-siti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0