Il-Ħuġġieġa ta' San Ġwann fil-Mosta

  • Ġun 23, 2016 12:00
  • Miktub minn iNews

    Għada l-Ġimgħa, 24 ta’ Ġunju, 2016, se tittella' l-attività “Il-ħuġġieġa ta’ San Ġwann” fil-Pjazza tal-Mosta. Din hija festa fejn dak li jkun isib ftit minn kollox: ikel Malti, baned, bejgħ ta’ frott u ħaxix u prodotti ta’ artiġjant u prodotti ta’ agro-industrija, late night shopping, wirja ta’ karozzi antiki bit-titlu “Il-Karrozza fil-mixja taż-żmien”, logħob għat-tfal, ferrovija, u anke bejgħ ta’ antikitajiet (car boot sale).

    Din l-attività se tibda fis-7:00 p.m. meta jingħalaq it-traffiku fi Triq il-Kostituzzjoni minn Triq Nicolo Isourd sal-Pjazza u tingħalaq parti minn Triq Kungress Ewkaristiku sat-Triq it-Torri u minn Hope Street (erbat iħwienet) u mill-Pjazza sa Sphinx Pastizzeria.

    F’dan il-ħin fejn it-traffiku se jkun magħluq, il-parking bays ikunu risevati għal vetturi li se jkunu għal esebizzjoni mill-Old Motor Club filwaqt li fil-Pjazza l-ispazju ikun risevat għal vetturi millitari.


    Il-programm

    Fit-8:00 p.m. jibda kant minn fuq il-palk prinċipali fil-Pjazzetta (ħdejn il-kanun).
    Fis-8:00 p.m. tinxtegħel l il-parking area fejn se joqogħdu l-bejjiegħa tal-ħaxix u fejn se jkun hemm il-car boot sale biex ikun miftuħ is-suq.
    Mit-8:30 p.m. sad-9:30 p.m. tibda l-għana.
    Fit-8:30 p.m. il-Banda Nicolo Isourd tibda marċ minn fejn id-Dimples lejn il-Pjazza u Triq il-Kbira ddur ma' Sanremo Bar u terġa' lura lejn il-Pjazza għal Triq Kungress Ewkarisitku u tieqaf quddiem il-Mosta Football Club.
    Il-ħwienet tal-ikel jibdew iservu l-ikel.
    Fuq il-bankini quddiem il-knisja ikun hemm mwejjed bi prodotti tal-artiġjanat u agro-industrija. 
    Wara d-9:30 p.m. ikompli l-kant minn fuq il-palk.
    Fid-9:15 p.m. il-Banda Santa Marija tibda minn Triq il-Kungress Ewkaristiku (Football Club) lejn il-Pjazza għal Triq il-Kbira tibqa sejra sa ħdejn San Remo Bar u terġa' lejn il-Pjazza għal Triq il-Kostituzzjoni sa ħdejn id-Dimples.  
    Fl-10:00 p.m. tinħaraq il-ħuġġieġa taħt ir-responsabbiltà tal-Mosta Scouts Group fil-pjazza fejn jintrama l-planċier.

    Ritratt: IAN NOEL PACE

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0