Il-Bandu tal-Imnarja fil-Belt Valletta

  • Ġun 23, 2016 14:33
  • Miktub minn iNews

    Bħal kull sena se jsir il-Bandu tal-Imnarja nhar is-Sibt li ġej 25 ta’ Ġunju, 2016 fl-10.15 a.m. Il-bandu jibda minn Misraħ San Ġorg u jimxi tul Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.
     
    Il-Bandu tradizzjonali jħabbar l-attivitajiet tal-Imnarja li l-qofol tal-attivitajiet jiżvolġu fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta 28 u l-Erbgħa 29 ta’ Ġunju, 2016 fil-Ġonna tal-Buskett. L-attivitajiet għal lejliet l-Imnarja fil-Ġonna tal-Buskett jikkonsistu f’re-enactment tat-tradizzjonijiet tal-Imnarja lura fis-seklu 14 b’parata ta’ karettuni u karrozzini mis-Saqqajja sal-Buskett li tibda fis-6:30 p.m. L-Eċċ Tagħha l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca tattendi għal din l-okkażjoni. Fil-Ġonna tal-Buskett matul is-serata jkun hemm esebizzjonijiet ta’ mekkaniżmu agrikolu kemm li jeħodna lura fi snin u kemm dak attwali li l-bdiewa jużaw fl-għelieqi tagħhom. Ovvjament ikun hemm il-wirja agrarja u ma jonqsux ukoll wirijiet ta’ snajjiet tradizzjonali Maltin. Tul is-serata jkun hemm programm varjat li apparti l-għana jkun imżewwaq b’kant popolari, daqq ta’ marċi mill-Banda L’Isle Adam tar-Rabat, programm ta’ attivitajiet speċifikament għat-tfal fi rkejjen armati apposta għalihom, fiera Maltija u stands b’ikel u xorb tradizzjonali.
     
    Nhar l-Imnarja d-29 ta’ Ġunju, 2016 minn kmieni filgħodu jkun hemm esebizzjonijiet u kompetizzjonijiet varji marbuta mal-annimali fosthom tal-fniek, ħnieżer, żwiemel, baqar, nagħaġ, klieb Maltin u oħrajn. Ikunu hemm esebizzjonijiet ta’ ħlieb bil-mod tradizzjonali. Ikun hemm ukoll esebizzjonijiet ta’ kif issir l-irkotta u l-qubbajd. Ovvjament ikun hemm l-għana, żjarat informattivi fil-Winery, taħdidiet fil-Razzett tal-Għorof u ovvjament stands b’ikel u xorb tradizzjonali. Fin-12:30 p.m. l-Eċċ. Tagħha l-President ta’ Malta tippresiedi ċ-ċerimonja tal-għoti tal-palji u premijiet lil dawk li jkunu ħadu sehem fl-esebizzjonijiet.

    Fl-4:00 p.m. ikun hemm it-tiġrijiet tal-bhejjem fi Triq it-Tiġrija , Rabat filwaqt li fit-8:00 p.m. jibda kunċert mużikali mill-Banda L’Isle Adam tar-Rabat bil-parteċipazzjoni tal-kor “Coro  Bel Canto”.  Fl-aħħar ikun hemm spettaklu tal-logħob tan-nar tal-ajru.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0