Tiġieġ satay bla glutina

  • Ġun 27, 2016 06:01
  • Miktub minn iNews

    Għandek bżonn:

    12-il skewer

    500g sider tat-tiġieġ

    biċċa ginger friska

    2 sinniet tewm

    xkomp 

    kuċċarina agave

    2 mgħaref soy sauce

    mgħarfa mild curry powder

    3 mgħaref butir tal-karawett

    150ml ħalib tal-coconut

    kuċċarina żejt

     

    Metodu:

    Ħokk il-ginger, it-tewm u l-qoxra tal-ixkomp. Poġġihom ġo kazzola u żid il-meraq tal-ixkomp, l-agave, is-soy sauce, il-curry u l-butir tal-karawett. Saħħan fuq nar baxx sakemm l-ingredjenti jitħalltu flimkien. Itfi u ħalli t-taħlita tiksaħ.

    Kebbeb it-tiġieġ fil-cling film. Uża lembuba biex tiċċattja s-sider tat-tiġieġ.

    Qatta' t-tiġieġ fi strippi. Qassam it-taħlita tal-butir tal-karawett f'żewg skutelli. Fi skutella minnhom żid il-biċċiet tat-tiġieġ. Iksi l-iskutella bil-cling film u poġġiha fil-friġġ għal bejn tliet sigħat u 12-il siegħa. Poġġi l-iskewers ġol-ilma. Ħallihom jixxarrbu, imbagħad daħħal il-biċċiet tat-tiġieġ fl-iskewers. Sajjar it-tiġieġ fil-forn jew fuq il-barbikju.

    Ħawwad il-ħalib tal-coconut mat-taħlita tal-butir tal-karawett u saħħan ftit fuq nar baxx sakemm it-taħlita tiġi konsistenti. Neħħi minn fuq in nar u servi mat-tiġieġ imsajjar bħala dipping sauce b'temperatura ambjentali.  

    Tistgħu ssibu aktar riċetti ta' Lea Hogg fuq inewsmalta.com, l-Orizzont tal-Erbgħa u s-Sibt kif ukoll it-Torċa kull nhar ta' Ħadd. Tistgħu ssegwu ukoll lil Lea kuljum f'xandira diretta fuq Radju Smash 104.6FM u fuq il-blogwww.goodfoodeveryday.wordpress.com

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0