Il-Malta International Singer's Festival - Euro Stars

  • Ġun 27, 2016 00:12
  • Miktub minn Daniel Bartolo

    Dan l-aħħar saret is-sitt edizzjoni tal-Malta International Singer’s Festival – Euro Stars, fejn ħadu sehem kantanti minn 14-il pajjiż fosthom il-Bulgarija, il-Litwanja, ir-Rumanija, il-Latvija, l-Iżvizzera, l-Ungerija, il-Kroazja, l-Italja, il-Kosovo, l-Iżvezja, l-Ukranja, ir-Russja, il-Polonja u kif ukoll Malta.

    Il-parteċipanti marru fuq diversi żjarat kulturali u attendew ukoll f’karaoke party, fiċ-ċerimonja tal-ftuħ, u gala night.

    Ir-riżultat tal-ewwel kategorija (ta’ bejn it-tmienja u disa’ snin) kienu Future Star Award – Raya Petkova (Bulgarija) Diploma Award: Quivan Agius (Malta), Aleksandra Atanasova (Bulgarija), Elisa Muscat (Malta) u Emma Cutajar (Malta).

    L-ewwel post intrebaħ minn Giorgia Borg (Malta), it-tieni ġew Tre Bambole (Malta) u t-tielet post ġiet Aleksandra Atanasova (Bulgarija).

    Fil-kategorija ta’ bejn l-għaxar snin u 11-il sena kien hemm Future Star li ntrebħet minn Magdalena Rogic mill-Kroazja. Diploma Award għal Luana Schembri (Malta) u Estella Mercieca (Malta).

    L-ewwel post intrebaħ minn Flora Nejad Tabatabai (Ungerija), it-tieni ġiet Martina Galea Loffreda (Malta) u t-tielet post ġiet Martina Cutajar (Malta).

    Fit-tielet kategorija li kienet għal dawk ta’ 12-il sena, l-unuri nrebħu minn Demi Galea (Malta) li rebħet Future Star. Diploma Award ingħataw lil Shazay Grima (Malta), Azzura Barberio (Italja) u Elisa Bruci (Kosovo).

    Fl-ewwel post ġiet Martyna Zygadlo, (Polanja), it-tieni post ġiet Vesta Barasaite (Litwanja) u t-tielet ġiet Patrisija Simeonova (Bulgarija)
    Ir-raba Kategorija dik ta’ dawk li għandhom 13-il sena kienu Future Star minn Ilenia Mazza (Italja) u Diploma Award minn Milena Bianco (Malta).

    Fl-ewwel post ġiet Martina Micallef (Malta), it-tieni ġiet Nicole Frendo (Malta) u t-tielet ġiet Kayley Cuschieri (Malta). Il-Malta Best Artistic Junior Presentation intrebaħ minn Kieran Agius (Malta). Junior Star of the Festival minn Nicole Hammett (Malta) u Junior Grand Prix intrebħet minn Gala Boteva (Bulgarija)

    Il-ħames kategorija li kienet ta’ dawk li għandhom 14-il sena l-unuri nqassmu: Future Star lil Sarah Ann Cassar (Malta). Diploma Award lil Cosmin Andrian (Romanija), Grete Eitmantyte (Litwanja) u Patricija Ksenija Cuprijanovica (Latvja). L-ewwel post ġiet Greta Zabielaite (Litwanja), it-tieni ġiet Simona Zaharieva (Bulgarija) u t-tielet ġiet Reanue Falzon (Malta).

    Is-sitt kategorija ta’ dawk ta’ bejn 15 u 16-il sena l-unuri ntrebħu minn Viorela Stoian (Romanija) bħala Future Star. Diploma Award lil Sara Dall’Olio (Italja), Arianna Mallia (Malta) u Ksenia Greben (Russja). L-ewwl post intrebaħ minn Trayana Tzankova (Bulgarija), it-tieni ġiet Desislava Arnaudrova (Bulgarija) u t-tielet Vanina Kalapsasova (Bulgarija)

    Is-seba’ kategorija, dik ta’ minn 17-il sena ’l fuq l-unuri ntrebu minn Erica Lo Presti (Italja) bħala Future Star. Diploma Award lil Asen Vladimirov (Bulgaria), Diandra Mifsud (Malta) u Malomir Inghilizov (Russja). L-ew-wel post intrebaħ minn Neringa Slaudikyte (Litwanja), it-tnieni Agne Michelenevaite (Lithuania) u t-tielet intrebaħ minn Krystian Kubowicz (Polonja). Best Artistic Presentation mar għand Arianna Mallia (Malta) u Grand Prix mar għand Agata Buczowska (Polonja).

    Għall-ewwel darba li qatt saret waqt International Singers Festival, il-kantanti ngħataw individwalment il-karti tal-votazzjoni b’rendi-kont ta’ voti u kummenti mgħotijin mill-membri gurija. Il-parteċipanti ta’ dan il-festival intgħażlu biex jipparteċipaw f’festivals barra minn Malta.

    Il-preżentaturi kienu Ra-wanne Ramadan u Francesca Zarb. Kien hemm diveriment minn Paul Curmi Dancers, Destiny Chukunyere, Thea Aquilina, Antonia Markova l-Grand Prix Winner 2015 u Rawanne mill-Rumanija.

    Ritratt: Il-mistiedna speċjali Rawanne. (Martin Degabriele)

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0