Stilel tal-futur: Rachel Lowell

  • Ġun 27, 2016 00:43
  • Miktub minn Mario Axiaq

    Rachel Lowell twieldet fil-25 ta’ Awwissu, 2002. Tgħix mal-familja tagħ­ha f’Ħal Lija. Hi tattendi il-Kulleġġ ta’ Santa Tereza.

    Rachel bdiet tattendi l-iskola ta’ Musical Theatre minn età żgħira ta’ erba’ snin fejn kienet titgħallem tiżfen, tkanta u drama. Dawn l-aħħar erba’ snin bdiet tieħu lezzjonijiet individwali tal-kant. Tul dawn is-snin tgħallmet taħt diversi għalliema tal-kant fosthom Tiziana Calleja u Kurt Callejja. Bħalissa Rac­hel qiegħda tieħu il-lezzjonijiet tal-kant b’mod individwali taħt id-direzzjoni ta’ Gillian Attard u Sylvanna Camilleri. Hija tagħmel parti wkoll minn Vocal Troupes taħt id-direzzjoni ta’ Glen Vella u Pamela Bezzina.

    L-ewwel festival tagħha kien fil-2012, li kien jismu Golden Oldies, fejn ħadet sehem bil-kanzunetta “Nel­la Fantasia” u ġiet fl-ewwel post. Inkoraġġuta minn dan is-suċċess, bejn l-2013 u l-2015 ħadet sehem f’diversi festivals, fejn fil-maġġoranza tagħhom reb­ħet jew spiċċat fit-tieni post.

    Fost il-festivals li ppar­teċipat hemm dawk ta’ Erseb Productions, Gaffiero Productions, Magic Me lo­dies, Starlight Festival, Vuċijiet Sajfin, Kalamita Festival 2015 u fihom ġiet disa’ darbiet fl-ewwel post, ħames darbiet fit-tieni post u darba fit-tielet post. Rebħet ukoll erba’ darbiet overall winner u l-Kantanta tas-Sena 2013.

    Apparti dan Rachel kellha okkażjoni li tikseb esperjenza barra minn Malta fejn fl-2012 marret għal “Britians Got Talent”, fl-2013 ħadet sehem f’“Baby Voice Servigliano” u workshop f’Trapani taħt id-direzzjoni ta’ Iskra, li kienet il-vocal coach ta’ Lucio Dalla. Fl-2014 mar­ret għall-“International Festival – Lake Pearl” f’Ma­ċe­donja fejn ġiet fit-tieni post u  fl-2015 ħaħet sehem f’“Una Stel­la Sta Nascendo”, prog­ramm tele­viżiv Taljan, fejn ġiet fl-ewwel post. Ħa­det sehem wkoll f’program televiziv ieħor bl-isem ta’ “Tra sogno e Realtà”.

    Rachel tkanta wkoll ma’ diversi baned lokali fil-festi fosthom f’Ħal Lija, il-Ħamrun, Ħal Għaxaq u f’diversi postijiet oħrajn. Fil-2014 Rachel kienet il-kantanta mistiedna biex tkanta fil-ħruġ tal-vara tas-Salvatur fiċ-ċeleb­razz­jo­ni­jiet tal-150 sena. U kienet mistiedna wkoll fuq diversi programmi televiżivi. Spiss tkun mistiedna waqt diversi maratoni li jsiru matul is-sena ta’ ġbir ta’ fondi għall-persuni fil-bżonn
    Apparti l-kant, Rachel bdiet titgħallem il-pjanu wkoll. Meta kienet fi skola tad-drama ħadet sehem f’diversi musicals bħal “Ugly Duckling”, “Charlie and the chocolate factory”, “Cats” u “Beauty and the Beast”.

    Bejn Marzu u April 2016, Rachel ħadet sehem f’The Entertainers Singing Challenge.

    Għal Rachel apparti il-kant, id-drama u l-pjanu, l-għawm u l-qari huma l-passatempi tagħha.

    Fil-karriera tal-kant tix­tieq li tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision kif wkoll tieħu sehem fi prog­ramm bħal “X Factor”. Fil-ħajja professjonali tix­tieq issir avukat jew perit.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0