Kustilji tal-majjal bil-pastard u l-ġobon

  • Ġun 28, 2016 06:20
  • Miktub minn iNews

    Ingredjenti

    4 kustilji tal-majjal

    il-fjoretti ta' pastarda

    mgħarfa mustarda whole grain

    100ml yoghurt

    50g cheddar

    50g ġbejna bajda maħkuka

     

    Metodu:

    Sajjar il-kustilji billi tidlikhom bi ftit żejt taż-żebbuġa u tpoġġihom taħt il-grilja għal 10 minuti kull naħa (skont kemm ikunu ħoxnin).

    Sajjar il-pastard billi tpoġġi l-fjoretti fil-misħun jagħli għal 7 minuti. Saffi mill-ewwel u ħalli l-ilma joqtor sew. Imbagħad poġġi ġo skutella u żid il-mustarda, il-yoghurt, nofs il-ġobon u nofs il-ġbejna maħkuka. Żid il-melħ u l-bżar jekk trid. Fuq il-kustijli tal-majjal qassam it-taħlita tal-pastard u fil-wiċċ ferrex il-bqija tal-ġobon u l-ġbejna. Sajjar taħt grill jaħraq għal 5 minuti. Ħalli l-ikel jistrieħ għal 5 minuti qabel ma sservi.

    Tistgħu ssibu aktar riċetti ta' Lea Hogg fuq inewsmalta.com, l-Orizzont tal-Erbgħa u s-Sibt kif ukoll it-Torċa kull nhar ta' Ħadd. Tistgħu ssegwu ukoll lil Lea kuljum f'xandira diretta fuq Radju Smash 104.6FM u fuq il-blogwww.goodfoodeveryday.wordpress.com

     

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0